Entries by Aleandro Bartolo

Bħal-lum fil-passat (24 ta’ Awwissu)

Qabża lura għas-sena 1999 meta, proprju bħal-lum, Juventus kienu impenjati fit-Tazza Intertoto kontra Rennes fit-tieni leg tal-Finali tal-kompetizzjoni. L-iskor finali kien ta’ 2-2, b’Conte u Zambrotta jiskurjaw għal Juventus. B’dar-riżultat Juventus rebħu t-Tazza Intertoto.

Injury għal Kaio Jorge

Waqt is-sessjoni ta’ taħriġ tal-lum Kaio Jorge sofra injury muskolari. Minn testijiet li sarulu rriżulta li l-entità tal-injury hi waħda medja. Għaxart ijiem oħra se jsirulu testijiet oħra. Matthew Scerri

Anniversarju: Fit-23 ta’ Awwissu 1910 twieled Giuseppe Meazza

Fit-23 ta’ Awwissu 1910 twieldet leġġenda tal-futbol Taljan, Giuseppe Meazza. Hu r-raba’ l-aqwa skorer fl-istorja tas-Serie A u wieħed mit-tliet plejers Taljani li rnexxilhom jirbħu t-Tazza tad-Dinja darbtejn. Għalkemm hu rabat ismu l-iktar ma’ Inter u Milan, Meazza lagħab anki sena ma’ Juventus. FL-istaġun 1942-43 hu skorja 10 gowls f’27 partita mal-Bianconeri. Il-filmat t’hawn taħt […]

Udinese-Juventus 2-2

L-istaġun 2021/22 ta’ Juventus beda b’partita fejn għal ħin twil rajna Juventus tilgħab tajjeb, iżda mbagħad fit-tieni taqsima ħarġu mill-ġdid id-difetti tal-aħħar snin. Juventus bdew tassew tajjeb u tul l-ewwel taqsima l-Bianconeri kienu nettament aqwa mill-avversarji. Dybala u Cuadrado poġġew 0-2 minn fuq. L-istorja nbidlet fit-tieni taqsima meta Szczesny għamel żewġ żbalji stupidi li wasslu […]

Ir-riżultati tal-partiti tal-1 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 21 ta’ Awwissu 2021, 6.30 p.m. Verona-Sassuolo 2-3 Inter-Genoa 4-0 Is-Sibt 21 ta’ Awwissu 2021, 8.45 p.m. Empoli-Lazio 1-3 Torino-Atalanta 1-2 Il-Ħadd 22 ta’ Awwissu 2021, 6.30 p.m. Udinese-Juventus 2-2 Bologna-Salernitana 3-2 Il-Ħadd 22 ta’ Awwissu 2021, 8.45 p.m. Napoli-Venezia 2-0 Roma-Fiorentina 3-1 It-Tnejn 23 ta’ Awwissu 2021, 6.30 p.m. Cagliari-Spezia 2-2 It-Tnejn 23 […]

Injury ħafif għal Chiesa

Federico Chiesa ma bediex mal-ewwel ħdax kontra Udinese minħabba li ma jinsabx f’sikktu. Hu għandu għejja muskolari u allura Allegri ħass li ma kellux jilagħbu. Xejn gravi, milli jidher, u probabbli hi mossa prekawzjonali. Matthew Scerri