Entries by Aleandro Bartolo

Demiral lejn self ma’ Atalanta

Merih Demiral hu mistenni jingħaqad ma’ Atalanta b’self. Qed ikun irrapurtat li Atalanta se jħallsu bejn 3 u 4 miljuni biex jiksbuh b’self għal sentejn u wara jkollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox għal 28 miljun Ewro. Demiral se jkun qed jieħu post Romero li Atalanta bigħu lil Tottenham għal 55 miljun. Matthew Scerri

Injury muskolari għal Rabiot

Adrien Rabiot sofra injury muskolari waqt it-training ta’ jumejn ilu. Ilbieraħ sarulu xi testjijiet fil-JMedical u rriżulta li l-injury f’koxxtu mhuwiex daqstant gravi. Madwar għaxart ijiem oħra, se jsirulu aktar testijiet biex it-tobba ta’ Juventus ikunu jafu kif qed ifieq il-muskolu. Matthew Scerri

Uffiċjali: Juventus xtraw lil Kaio Jorge

Santos ħabbru uffiċjalment li biegħu lil Kaio Jorge lil Juventus. L-attakkant se jkun qed jingħaqad ma’ Juventus b’mod immedjat. Mhux magħruf minn din l-istqarrija kemm Juventus se jħallsu għalih. Matthew Scerri