Entries by Aleandro Bartolo

Chiellini fuq il-passi ta’ Dino Zoff

39 sena ilu Dino Zoff għolla t-Tazza tad-Dinja bħala captain tal-Italja wara li l-Azzurri għelbu lill-Ġermanja 3-1 fil-Finali. Illejla Giorgio Chiellini għandu l-opportunità li jgħollu t-tazza tal-Euro2020 bħala captain tal-Italja, dejjem jekk it-Taljani jirnexxilhom jirbħu lill-Ingilterra. Interessanti li llejla Chiellini se jkun qed jilgħab għall-112-il darba fil-flokk tal-Italja u se jilħaq proprju lil Dino Zoff […]

Carnevali: “Għandna ħafna offerti għal Locatelli”

“Għandna ħafna offerti għal Locatelli u waħda mnnhom għandha negozjati mqabbdin sew.” Hekk tkellem Giovanni Carnevali ta’ Sassuolo. Hu ma qalx għal liema offerta kien qed jagħmel riferiment. Semma li Sassuolo se jiltaqgħu mill-ġdid ma’ Juventus il-ġimgħa d-dieħla u tenna li l-klabbs Taljani qed isibuha diffiċli fis-suq tat-trasferimenti peress li l-klabbs barranin qed juru interess […]