Entries by Aleandro Bartolo

Il-Bord tad-Diretturi japprova żieda fil-kapital ta’ 400 miljun Ewro

Il-Bord tad-Diretturi ta’ Juventus iltaqa’ mill-ġdid u stima li fis-snin 2019/2022, it-telf dirett u indirett marbut mal-pandemija se jkun ta’ madwar 320 miljun Ewro. Fl-istess waqt fil-laqgħa ġie imtenni li l-miri tal-klabb se jibgħu l-istess u għaldaqstant fil-bidu tas-sena finanzjarja 2021/22 se jingħata bidu għal proċeduri sabiex ikun hemm żieda fil-kapital għal massimu ta’ 400 […]

Wasal fi tmiemu l-kuntratt ta’ Trezeguet

Illum wasal fi tmiemu l-kuntratt ta’ David Trezeguet bħala Brand Ambassador ta’ Juventus. Il-kuntratt mhux se jkun imġedded u għaldaqstant Trezeguet m’għandux jaħdem iktar għal Juventus, għallinqas għalissa. Nawgurawlu li fis-snin li ġejjin ikun jista’ jirritorna ma’ Juventus b’kariga oħra. Matthew Scerri

Locatelli. Juventus u Sassuolo resqin lejn ftehim

Kif irrapurtajna fil-jiem li għaddew, dil-ġimgħa Cherubini se jkun qed jerġa’ jiltaqa’ ma’ Carnevali ta’ Sassuolo sabiex ikomplu jiddiskutu d-dettalji tat-trasferiment ta’ Locatelli mal-Bianconeri. Sassuolo fehmu li l-plejer irid biss li jingħaqad ma’ Juventus u għaldaqstant għandhom kull interess li jilħqu ftehim mal-Bianconeri. Fl-aħħar sigħat issemma li Locatelli jaf jingħaqad ma’ Juventus b’self bi ftehim […]

U issa x’se tkun l-għażla ta’ Ronaldo?

Bl-eliminazzjoni tal-Portugall mill-Euro2020, l-attenzjoni issa ddur fuq l-għażla li Cristiano Ronaldo se jkun qed jagħmel brabta mal-futur tiegħu. Kif kien mistenni hu kien moħħu biss fl-impenji tat-tim nazzjonali u ma kienx qed jaħseb wisq dwar jekk għandux jitlaq lil Juventus jew le. Issa, ladarba l-Portugall inqalgħu, Ronaldo jista’ jgħaddi biex jagħmel il-kunsiderazzjonijiet dwar il-futur tiegħu […]