Entries by Aleandro Bartolo

L-Uefa tikteb lill-Juventus u lill-FIGC

L-aġenzija tal-aħbarijiet Ansa qed tirraporta li fl-14 ta’ Ġunju Juventus irċevew ittra uffiċjali mingħand l-Uefa fejn kien konfermat li Juventus se jieħdu sehem fiċ-Champions League 2021/22. Kopja tal-ittra ntbagħtet anki lill-FIGC. Matthew Scerri

Tlettax-il sena ta’ Juventusclubmalta.com

Illum jaħbat it-13-il anniversarju minn meta bdejna dan il-blog ta’ aħbarijiet fil-website www.juventusclubmalta.com. Tlettax-il sena li fihom wassalnilkom kuljum l-aħbarijiet prinċipali dwar Juventus u l-Club tagħna. Nistgħu nġibu ħafna statistika biex infissru s-suċċess tal-website: eluf ta’ artikli kull sena; mijiet ta’ eluf ta’ pageviews (jiġifieri nies li jaqraw l-artikli), u ħafna numri kbar oħra. Għalina […]

Tonali mill-ġdid imsemmi ma’ Juventus

Fl-aħħar sigħat kien hemm ħafna spekulazzjonijiet li Juventus jistgħu jiksbu lil Sandro Tonali. Milan lesti jżommuh biss qed ikomplu jinsistu ma’ Brescia biex jinżlu mill-prezz tagħhom. Brescia, għall-ewwel aċċettaw li jinżlu mill-prezz maqbul sena ilu, biss issa li Milan reġgħu talbu tnaqqas ulterjuri mill-prezz maqbul ftit tal-jiem ilu, Brescia bdew jikkunsidraw li jwaqqfu n-negozjati ma’ […]

Bdil Dragusin-Locatelli?

Radu Dragusin qed ikun indikat bħala l-pedina li permezz tagħha Juventus jistgħu jaslu għal Locatelli. Diġà ssemmew plejers oħra bi tpartit ma’ Locatelli: Fagioli, Rovella u Da Graca. Issa l-attenzjoni ta’ Sassuolo jidher li daret fuq Dragusin. Il-klabbs se jkomplu għaddejjin bit-taħdidiet bejniethom bit-tama li jinstab ftehim li jkun jaqbel lil kulħadd. Matthew Scerri

Stadiums bil-bibien miftuħa għall-partitarji anki fis-Serie A

Intervistat minn Nsl Radio, is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Andrea Costa kkonferma li l-partitarji se jitħallew jidħlu fil-grawnds tas-Serie A fl-istaġun li jmiss. Fil-bidu l-istadiums se jilqgħu fihom 25% tas-seating capacity, u mbagħad l-ammont ta’ partitarji fil-grawnd se jiżdied skont kif tkun is-sitwazzjoni medika fil-pajjiż. Matthew Scerri

Buffon: “Se nkompli nilgħab”

“Il-futur tiegħi hu fil-grawnd. Kelli d-dubju għandix nieqaf, imma issa se nkompli nilgħab.” Hekk stqarr Buffon ma’ Tuttosport. Buffon spjega li flimkien mal-aġent tiegħu, Silvano Martina, daqt jiddeċiedi fejn se jkun qed jilgħab. Hu għandu quddiemu żewġ toroq: jingħaqad ma’ tim li se jkun impenjat fiċ-Champions League jew inkella jirritorna ma’ Parma. Skontu mhu se […]

Filmat: Ronaldo jneħħi l-fliexken tal-luminata

Kif kienet se tibda l-konferenza tal-aħbarijiet lejlet Portugall-Ungerija, Cristiano Ronaldo neħħa minn quddiemu l-fliexken tal-Coca Cola u minflok deher jaqbad u jgħolli b’idejh flixkun tal-ilma. Il-messaġġ tiegħu kien li n-nies m’għandhiex tixrob il-luminata u minflok għandha tixrob l-ilma għal raġunijiet marbutin mas-saħħa.

Juventus juru mill-ġdid interess f’Tielemans

Isem relattivament ġdid għas-suq tat-trasferimenti Juventin: Youri Tielemans ta’ Leicester. Juventus ilhom snin isegwuh sa minn meta beda l-karriera ma’ Anderlecht.  Fl-aħħar snin, ma tantx baqa’ jissemma ma’ Juventus, anki għax hu ngħaqad ma’ Leicester, klabb sinjur li kien jissodisfa l-ambizzjonijiet tiegħu. Illum jidher li hu tassew diffiċli Leicester iħalluh jitlaq, biss nafu li fil-futbol […]