Entries by Aleandro Bartolo

Tkompli t-tfittxija tal-Viċi-Szczesny

Waħda mill-prijoritajiet tal-mercato Juventin hu li jinstab gowler riserva għal Szczesny wara li Buffon iddeċiedi li ma jibqax ma’ Juventus. Qed isiru ħafna ismijiet. Apparti Sirigu, Juventus jidhru li qed jikkunsidraw anki lil David Ospina, Antonio Mirante, Sergio Romero u Lukasz Skorupski. Matthew Scerri

Klabbs tal-Premier League jridu lil Ramsey

“Se nagħmel minn kollox biex nitlaq.” Hekk stqarr ftit tal-jiem ilu Aaron Ramsey. Il-futur, nisperaw qarib, tiegħu x’aktarx se jkun mill-ġdid fil-Premier League. Crystal Palace, West Ham u Everton ilhom isegwuh u qed juru interess qawwi fih. Jidher li anki Arsenal lesti jilqgħuh lura tant li kellhom kuntatt mal-aġenti tiegħu. L-ikbar ostaklu għal dat-trasferiment jibqa’ […]

Demiral fil-mira ta’ Atalanta

Atalanta qed iħarsu mill-ġdid f’dar Juventus sabiex isaħħu lit-tim tagħhom. Wara li sena ilu kisbu b’deal tajjeb lil Romero, issa Atalanta iridu lil Merih Demiral. Juventus qed jitolbu somma ta’ 35 miljun Ewro. L-indikazzjonijiet huma li dis-sena Juventus verament jinsabu lesti li jbigħu lil Demiral biex jagħmlu plusvalenza li hi tant meħtieġa. Matthew Scerri

Eriksen jidher li jinsab tajjeb

Christian Eriksen jinsab tajjeb. Hu għadu u s ejibqa’ rikoverat l-isptar għal aktar testijiet sakemm it-tobba jkunu fehmu x’ikkawża l-attakk tal-qalb li tah ilbieraħ waqt il-partita kontra l-Finlandja. Fl-istess ħin hu mhux se jintbagħat lura d-dar qabel ikun hemm iċ-ċertezza li ħajtu mhix fil-periklu. Il-kundizzjonijiet tiegħu huma stabbli u kollox jindika li l-kbir għadda. Issa […]

Numri ġodda fuq il-flokk għal Danilo u Cuadrado

Cuadrado u Danilo se jkunu qed jilagħbu b’numru ieħor fuq il-flokk minflok dak li rajnihom bih fl-aħħar snin. Fil-fatt meta wieħed jordna l-flokk online jinduna li Cuadrado se jkollu l-flokk numru 11 (u mhux iktar is-16). Danilo, mill-banda l-oħra, se jkun qed iġorr in-numru 6 fuq il-flokk tiegħu (minflok it-13 tal-aħħar sentejn). Dawn in-numri jaf […]

Buffon se jkompli jilgħab? Id-dieħla suppost inkunu nafu

Il-ġimgħa d-dieħla Gigi Buffon mistenni jħabbar jekk huwiex se jkompli jilgħab. Hu għandu offerti mingħand Genoa, Parma u Besiktas. Jidher li waslitlu offerta mingħand Barcellona biex ikun gowler riserva tagħhom. Buffon, madankollu, mhux interessat li jilqa’ din l-offerta minħabba li hu jrid tim fejn ikollu postu fiss. F’dan l-istadju jidher li Parma għandhom l-akbar ċans […]

Sirigu jista’ jieħu post Buffon ma’ Juventus

Qed jissemma li Allegri jrid lil Salvatore Sirigu sabiex ikun il-gowler riserva ta’ Juventus. Sirigu, però, għadu mhuwiex konvint li jkun ir-riserva ta’ Szczesny peress li jħoss li għadu tajjeb biżżejjed biex ikun l-ewwel gowlker f’tim tas-Serie A. Matthew Scerri