Entries by Aleandro Bartolo

De Ligt hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Milan

Matthijs De Ligt ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Milan. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 38% tal-vot, segwit minn Alex Sandro b’16%. Grazzi lil kulmin ħa sehem! Matthew Scerri

Ir-referees tal-partiti tas-36 Ġurnata tas-Serie A

It-Tlieta 11 ta’ Mejju 2021, 8.45 p.m. Napoli-Udinese: Calvarese L-Erbgħa 12 ta’ Mejju 2021, 6.30 p.m. Cagliari-Fiorentina: Mariani L-Erbgħa 12 ta’ Mejju 2021, 8.45 p.m. Atalanta-Benevento: Massa Bologna-Genoa: Fourneau Inter-Roma: Chiffi Lazio-Parma: Dionisi Sampdoria-Spezia: Maresca Sassuolo-Juventus: Giacomelli Torino-Milan: Guida Il-Ħamis 13 ta’ Mejju 2021, 8.45 p.m. Crotone-Verona: Massimi Matthew Scerri

Għaddejja laqgħa fil-Continassa. Tudor minflok Pirlo?

Bħalissa għaddejja laqgħa fil-Continassa biex tkun analizzata s-sitwazzjoni f’dar Juventus wara t-telfa tal-bieraħ kontra Milan. F’dil-laqgħa se jkun diskuss jekk Pirlo għandux ikun ikkonfermat kowċ ta’ Juventus sa tmiem l-istaġun. Bħal dejjem hemm ix-xnigħat li Pirlo se jitkeċċa u t-tmexxija tat-tim se tkun afdata f’idejn Tudor. Aktar tard illum għandna nkunu nafu x’se jiġri. Matthew […]

Bħal-lum fil-passat (10 ta’ Mejju)

Fl-istorja nsibu li fl-10 ta’ Mejju Juventus rebħu matematikament żewġ scudetti. Fl-1998 wasal il-25 scudetto, filwaqt li ħames snin wara rbaħna l-iscudetto numru 27 tal-istorja. Hawn taħt tistgħu taraw il-videos tal-partiti.

Pirlo: “Mhux se nirreżenja”

Mistoqsi wara t-telfa kontra Milan jekk kienx beħsiebu jitfa’ r-riżenja tiegħu, Andrea Pirlo wieġeb: “Le, mhux se nirreżenja. Se nibqa’ f’posti u se nkompli b’xogħli. Se naħdem mal-plejers biex noħorġu minn dal-mument delikat. Se nkompli naħdem sakemm ikun possibbli.” Matthew Scerri

Juventus-Milan bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Milan. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. Sors: Juventus.com