Entries by Aleandro Bartolo

Min jista’ jieħu post Alex Sandro ma’ Juventus

Alex Sandro jista’ jkun li jitlaq lil Juventus das-sajf. Skont Tuttosport hemm tlett iplejers li jistgħu jiħdulu postu ma’ Juventus: Emerson Palmieri (Chelsea), Gosens (Atalanta) u José Gayà (Valencia). Fl-aħħar sigħat kellna anki rapporti li Gosens irrifjuta offerta mressqa minn Leicester minħabba li hu qed jagħtu l-ewwel preferenza tiegħu lil Juventus. Matthew Scerri

Chiesa mistenni jibda mill-ewwel minuta kontra Milan

Federico Chiesa jidher li rkupra għal kollox mill-injury li se jkellu u se jkun qed jibda mill-ewwel minuta kontra Milan. Pirlo għandu bżonnu fil-big match ta’ nhar il-Ħadd li jaf ikun deċiżiv biex Juventus jiksbu post fiċ-Champions League għall-istaġun li jmiss. Matthew Scerri