Entries by Aleandro Bartolo

Riskju kbir li s-Super League tisfaxxa fix-xejn

Fl-aħħar minuti qed ikun irrapurtat li tard illejla, għall-ħabta tal-11.30 ta’ filgħaxija, se ssir laqgħa straordinarja li tista’ twassal biex il-proġett tal-European Super League jisfaxxa fix-xejn. Erba’ klabbs Ingliżi (Chelsea, Arsenal, Manchester United u Manchester City) jidhru li qed jirtiraw mis-Super League wara l-protesti tas-supporters. Anki Atletico u Barcellona jidhru li  m’għadhomx daqshekk konvinti mill-proġett. […]

Bernardeschi fieq mill-Covid-19

Federico Bernardeschi fieq mill-Covid-19. Illum sarulu żewġ testijiet u d-darbtejn kellu riżultat negattiv. Għaldaqstant hu meqjus imfejjaq u jista’ jilgħab mill-ġdid. Matthew Scerri

Min huma jew se jkunu t-tlieta l-oħra?

Il-European Super League mistennija jkollha 15-il klabb fundatur. Tnax minnhom diġà nafuhom. Jonoqs li nsiru nafu min huma jew se jkunu t-tlieta l-oħra. L-għidut kien li t-tliet timijiet huma: PSG, Borussia u Bayern Munich. Intqal li PSG ma ridux jidħlu fis-Super League minħabba sid il-klabb tagħhom xtara t-tv rights taċ-Champions League. Qatt ma ġie spjegat, […]

Kif x’aktarx se jilagħbu Juventus u Parma

Juventus (4-4-2): Buffon; Danilo, De Ligt, Bonucci, Alex Sandro; Cuadrado, Bentancur, Rabiot, Kulusevski; Dybala, Ronaldo. Parma (4-3-3): Sepe; Laurini, Bani, Osorio, Pezzella; Grassi, Brugman, Kurtic; Man, Pellé, Mihaila. Sors: Sky

Juventus, Inter u Milan jgħarrfu lil-Lega li jridu jkompli jilagħbu fis-Serie A

Għall-kuntrarju ta’ dak li kien qed ikun irrapurtat aktar kmieni llum, Juventus, Milan u Inter ħadu sehem fil-laqgħa straordinarja tal-Lega Calcio. It-tliet timijiet għarrfu lill-bqija tal-klabbs tas-Serie A li l-intenzjoni tagħhom hi li jkomplu jilagħbu fil-kampjonat Taljan kif dejjem għamlu. Jidher li l-laqgħa ma kinitx waħda kwieta b’diversi klabbs jakkużaw lil Marotta u lil Agnelli […]

Approvata r-riforma taċ-Champions League

L-Eżekuttiv tal-Uefa llum approva r-riforma taċ-Champions League li se tidħol fis-seħħ fl-2024. It-timijiet li se jieħdu sehem se jitilgħu minn 32 għala 36, b’kull tim ikollu garantit li jilgħab 10 partiti kontra timijiet differenti. Permezz ta’ dir-riforma, l-Uefa trid tiggarantixxi aktar dħul għal min jieħu sehem. Skont ħafna din hi r-risposta tal-Uefa għas-Super League. Il-kwistjoni […]