Entries by Aleandro Bartolo

Kif x’aktarx se jilagħbu Atalanta u Juventus

Atalanta (4-2-3-1): Gollini; Toloi, Palomino, Djimsiti, Gosens; De Roon, Freuler; Malinovskyi, Pessina, Muriel; Zapata. Juventus (4-4-2):  Szczesny; Danilo, De Ligt, Chiellini, Alex Sandro; Cuadrado, Bentancur, Rabiot, Chiesa; Dybala, Morata. Sors: Sky

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Atalanta

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Atalanta huma: Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Buffon.  Difensuri: Chiellini, De Ligt, Alex Sandro, Danilo, Cuadrado, Bonucci, Demiral, Frabotta.  Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Kulusevski.  Attakkanti: Morata, Dybala, Felix Correa. Matthew Scerri

Injury muskolari għal Ronaldo

Lejlet Atalanta-Juventus,  Andrea Pirlo tilef lil Cristiano Ronaldo. Fil-fatt injury muskolari, li suppost mhuwiex gravi, se jżomm lil Ronaldo ‘l barra mill-azzjoni f’dik li hi partita importanti ferm fit-tellieqa għall-ewwel erba’ postijiet fil-klassifika. Matthew Scerri

Szczesny għall-bejgħ biex jagħmel l-ispazju għal Donnarumma?

Fl-aħħar ġimagħtejn l-għidut dwar x’jista’ jiġri fil-futur ta’ Donnarumma ma waqfu xejn. Nafu li Milan għadhomx ma jistgħux jilħqu ftehim ma’ Raiola u kollox jindika li ma jistgħux jissodisfaw it-talbiet li qed jagħmel l-aġent f’isem il-gowler Taljan. Għaldaqstant hu probabbli li minkejja l-imħabba li Donnarumma għandu għal Milan, das-sajf hu se jkun qed jitlaqhom. Juventus […]

Il-partitarji se jitħallew jidħlu fl-istadium għall-Finali tal-Coppa Italia

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ministeru tas-Saħħa, Andrea Costa kkonferma ma’ Sky l-Gvern Taljan qed jaħdem biex għall-Finali tal-Coppa Italia jitħallew jidħlu l-partitarji fil-grawnd. Il-pjan tal-Gvern hu li jitħallew jidħlu sa massimu ta’ 15% tas-seating capacity tal-grawnd. Hu ma kkonfermax l-aħbar li mill-1 ta’ Mejju l-istadiums Taljani kollha se jkunu jistgħu jilqgħu mill-ġdid elf partitarju għal kull partita. […]

Ftit inqas minn 70 miljuni għal Juventus miċ-Champions League

Skont Calcio e Finanza dis-sena l-klabbs Taljani daħħlu komplessivament 192.2 miljun Ewro miċ-Champions League. L-iktar tim li kellu dħul mill-ogħla kompetizzjoni Ewropea kienu Juventus b’total ta’ 68.68 miljun Ewro. Diċ-ċifra hi ferm inferjuri għal dik li s-soltu Juventus idaħħlu miċ-Champions League. Matthew Scerri