Entries by Matthew Scerri

Juventus iqawwu d-difiża tagħhom

Tuttosport qed tirraporta llum li Juventus se jkunu qed jaħtru żewġ esperti oħra sabiex ikunu parti mill-pool ta’ esperti li se jkunu qed jiddifenduhom fl-Appell li se jressqu quddiem il-Collegio di Garanzia tal-Coni. Apparti l-avukati Maurizio Bellacosa u Davide Sangiorgio, Juventus se jkollhom issa anki lil Angelo Clarizia u Nino Paolantonio fid-difiż tagħhom. Clarizia u […]

Il-ħrafa li l-każijiet ta’ Manchester City u Juventus huma simili

Fost il-ħafna stejjer ta’ dil-ġimgħa fuq il-media Taljana kien anki l-allegat xebh bejn il-każijiet ta’ Juventus u Manchester City. Ix-xebh li ħafna ġurnalisti qed jaraw, fil-verità ma jeżistix kif se nanalizzaw f’dan l-artiklu. Qabelxejn tajjeb infakkru li Juventus qed jiġi mixlija li użaw b’mod irregolari l-plusvalenze, kif ukoll li l-paperwork tal-manovra stipendi ma sarx kif […]

L-eżitu tat-testijiet ta’ Miretti

Fabio Miretti kien fil-JMedical dalgħodu għat-testijiet mediċi wara l-injury li sofra lejn tmiem l-Ewwel Taqsima ta’ Salernitana-Juventus. Kien ikkonfermat li għandu ‘distorsione’ fl-għaksa u ġie eskluż li għandu ksur. Issa se jkun qed jingħata l-fiżjoterapija biex jirkupra mill-injury. Sa dalgħodu stess hu kellu juża l-krozzi biex jimxi. Fl-istqarrija ta’ Juventus m’hemmx indikazzjoni kemm se jdum […]

Fuq tlieta toqgħod il-borma!

Anomaliji. Ejjew ma nużawx termini iktar ħorox biex niddeskrivu dak kollu li ħareġ illum. Nibdew minn dak li nqala’ dal-lejl. Ngħid is-sew dalgħodu kif qomt sibt messaġġ mingħand ħabib tiegħi dwar aħbar li tant dehret inkredibbli li għall-ewwel m’emminthiex. Kien biżżejjed niftaħ ftit website tal-isports biex ninduna li din l-aħbar kienet vera, tant vera li […]