Entries by Matthew Scerri

Hemm bżonn nixtru jekk irridu nsalvaw l-istaġun

Hemm bżonn nixtru għax inkella mhux se nilħqu l-miri għal dan l-istaġun. Naħseb li din hi l-opinjoni tal-maġġor parti tal-Juventini. Ninsabu f’nofs sena u dak li rajna s’issa ftit li xejn jista’ jagħmilna kuntenti. It-tim wera li mhuwiex kompetittiv biżżejjed kif ħafna minna bassarna fis-sajf. It-tim hu mibni ħażin u f’diversi okkażjonijiet wera fraġilità tattika, […]

Emozzjoni kbira!

Nistqarr magħkom li ninsab tassew emozzjonat issa li l-website l-ġdida tal-Club marret online u tista’ tibda titgawda mis-supporters Juventini Maltini u Għawdxin. Għaddew tlettax-il sena u nofs minn dak il-15 ta’ Ġunju 2008 meta għall-ewwel darba bdejna mwasslu mill-website l-aħbarijiet dwar it-tim Juventin u informazzjoni oħra li tikkonċerna lill-Club tagħna. Konna l-ewwel website ta’ dat-tip […]

Bħal-lum fil-passat (14 ta’ Jannar)

Il-filmat mill-passat li qed inwasslulkom illum hu tassew qadim. Se niħdukom lura għas-sena 1951 meta Juventus kienu għelbu lil Atalanta bl-iskor ta’ 1-5 f’partita tal-kampjonat. Għal Juventus kienu sabu x-xibka Boniperti (3), Praest u Hansen.