Entries by Matthew Scerri

Injury muskolari għal Bonucci

Leonardo Bonucci sofra injury muskolari u se jkollu jibqa’ mistrieħ għal għaxart ijiem. Wara dawn l-għaxart ijiem it-tobba għandhom jerġgħu jinviżtawh biex jistabilixxu jekk ikunx fieq jew le. Matthew Scerri

Pellegrini mistenni jingħaqad ma’ Lazio

Luca Pellegrini mistenni jitlaq lil Eintracht u jingħaqad ma’ Lazio. Il-klabb tal-kapitali jinsab f’negozjati mal-aġent tal-full-back li f’Awwissu li għadda Juventus silfu lil Eintracht. Il-ftehim għat-trasferiment f’Jannar qed jiġi mogħti bħala wieħed ċert. Matthew Scerri

Kjarifika dwar il-plusvalenze (la l-gazzetti qed ikomplu jqarrqu bin-nies)

Kif kellna l-opportunità li nispjegaw iktar minn ġimgħa ilu, il-media Taljana mhix qiegħda tagħti stampa ċara ta’ dak li qed jiġri b’rabta mal-inkjesta Prisma. Hemm ħafna gazzetti u siti li qed jeżaġeraw l-affarijiet u qed iwasslu aħbarijiet antiki daqslikieku huma aħbarjiiet ġodda bil-għan li jingannaw lin-nies. Il-plusvalenze hu każ tipiku dwar dan li qed ngħid. […]

Pogba għadu ma bediex jitħarreġ ma’ sħabu

S’issa għad hemm inċertezza sħiħa dwar meta Paul Pogba se jkun jista’ jidħol lura fl-azzjoni. Sal-lum stess hu ttrenja apparti u ma kienx mal-kumplament ta’ sħabu. Xi gazzetti u siti rrapurtaw li Pogba qiegħed ħafna iktar lura minn kemm kien maħsub u li se ndumu ma’ narawh fl-azzjoni. Gazzetti oħra qed isostnu, però, li kollox […]

Il-Procura mhix se tappella

Il-Procura ta’ Turin mhux se tappella kontra d-deċiżjoni tal-GIP Ludovico Morello li dwarha rrapurtajna lbieraħ. Il-Prosekutur kien talab f’Ottubru li għadda li jittieħdu passi kontra Agnelli u l-uffiċjali l-oħra taħt investigazzjoni. Fosthom kien intalab li Agnelli jinżamm taħt house arrest. Kien anki ntalab li jiġu ffriżati 437,000 Ewro mill-kont ta’ Juventus minħabba taxxa mhux dikjarata […]

Arsenal-Juventus nhar is-Sibt

Nhar is-Sibt 17 ta’ Diċembru fis-7.00 ta’ filgħaxija (ħin ta’ Malta) Juventus se jilagħbu partita ta’ ħbiberija kontra Arsenal fl-Emirates Stadium. Allegri se jkollu diversi plejers neqsin minħabba li kienu impenjati fit-Tazza tad-Dinja. Matthew Scerri

L-Imħallef jesprimi d-dubji tiegħu dwar dak li qed jiġu akkużati bih Juventus

Tuttosport ippubblikat parti sostanzjali tad-dokument li permezz tiegħu l-Giudice d’istanza premilinare (GIP), Ludovico Morello ma kienx laqa’ t-talbiet tal-Prosekutur, li fost l-oħrajn kien qed jitlob li Andrea Agnelli jinżamm taħt house arrest. Il-GIP, tajjeb ngħidu, hu l-imħallef li quddiemu jittieħu l-provi kollha miġbura fi tmiem l-inkjesta. Malli l-Procura ta’ Turin temmet l-investigazzjoni ‘Prisma’, il-provi kollha […]

Tkompli l-ħidma Juventina ġewwa u barra l-grawnd

Ninsabu fit-tieni ġimgħa tal-era post-Andrea Agnelli. Bħall-ġimgħa ta’ qabilha kellna ħafna spekulazzjonijiet min-naħa tal-gazzetti u tal-websites sportivi. Fi tmiem dil-ġimgħa jkollna l-opportunità li niflu ftit iktar mill-qrib uħud mill-aħbarijiet li ħarġu peress li bħalissa hemm min qed jagħti stampa mhix veritiera tal-affarjiet u hemm minn qed iwerwer u jħammeġ isem il-Juventus għalxejn. Dil-ġimgħa kellna lit-tim […]

Żewġ esperti oħra li probabbli jinħatru Diretturi ta’ Juventus

Hemm stennija kbira biex inkunu nafu l-ismijiet tad-Diretturi l-ġodda li Exor se jipproponu li jkunu maħtura fit-18 ta’ Jannar 2023. L-uniku isem ċert hu dak ta’ Gianluca Ferrero. Miegħu hu probabbli ferm li jkun hemm anki Benoît Ribadeau-Dumas u Suzanne Heywood. It-tnejn li huma jiffurmaw parti minn Exor u dan jixhed kemm John Elkann qed […]

X’inhi l-akkuża?

Meta bdiet l-inkjesta Prisma, Juventus kellhom iwieġbu prinċipalment għall-akkuża li użaw is-sistema ta’ plusvalenze bil-għan li jgħattu parti mit-telf finanzjarju li kien qed ikollhom. It-teorija dejjem kienet li Juventus kienu qed ipartu jew ibiegħu plejers bejniethom bi prezzijiet imneffħin apposta. Il-Procura ta’ Turin stmat li hemm diskrepanza ta’ madwar 155 miljun fuq tliet snin (2019-2021). […]