Entries by Matthew Scerri

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Sampdoria

Il-plejers mgħajta minn Allegri għall-partita kontra Sampdoria huma: GOWLERS: Perin, Pinsoglio, Garofani. DIFENSURI: Bonucci, Bremer, Gatti, Rugani, De Sciglio, Alex Sandro, Danilo. PLEJERS TA’ NOFS IL-GRAWND: Locatelli, Rabiot, Cuadrado, Miretti, Fagioli, Rovella, Zakaria, Mckennie, Kostic. ATTAKKANTI: Vlahovic, Kean, Soulé. Matthew Scerri

Depay-Juventus. Trasferiment allegatament fil-qrib

Kuljum naqraw u nisimgħu li Memphis Depay se jkun qed jingħaqad ma’ Juventus f’temp ta’ 24 siegħa. L-indikazzjonijiet huma li Juventus jinsabu tassew qrib li jiksbu lil Depay u, bħal fil-każ ta’ Pogba u Di Maria, irid ikollna paċenzja. Depay hu miftiehem ma’ Juventus biex jiffirma kuntratt ta’ sentejn b’paga ta’ 6 miljuni (bonuses inklużi). […]

Tlieta dubjużi għal Sampdoria-Juventus

Tliet plejers Juventini jinsabu dubjużi għall-partita Sampdoria-Juventus. It-tliet plejers huma Bonucci, Zakaria u Fagioli. Bonucci probabbli se jkollu jitlef il-partita, filwaqt li Zakaria u Fagioli se jkunu qed jagħmlu sforz biex ikunu għad-dispożizzjoni ta’ Allegri. Nafu li Zakaria kellu bugħawwiġ lejn tmiem il-partita kontra Sassuolo u milli jidher matul dil-ġimgħa ma setax jittrenja sew minħabba […]

Aġġornament dwar l-injury ta’ Pogba. S’issa kollox miexi sew

Fl-aħħar ġimagħtejn ma kellna ebda stqarrija uffiċjali min-naħa ta’ Juventus dwar kif sejjer Pogba bit-terapija li qed jingħata. Nafu li qed isegwi programm ta’ fiżjoterpija f’pixxina. Sorsi qrib il-klabb Juventin, liema sorsi però mhumiex sostanzjati minn aħbarijiet realment uffiċjali, qed isostnu li t-trattament qed iħalli l-effett mixtieq. Pogba m’għadux iħoss uġigħ u daqt se jkun […]

Min jista’ jitlaq min-nofs il-grawnd Juventin

Diversi plejers fin-nofs il-grawnd ta’ Juventus mhumiex ċerti li finalment se jibqgħu tassew ma’ Juventus. Nafu li Rabiot mhux se jkun qed jingħaqad ma’ Manchester United. Juventus kienu qed jittamaw li jbigħuh sabiex jagħmlu l-wisa’ għal Leandro Paredes. Il-midfielder ta’ PSG hu objettiv ewlieni biex jissaħħaħ nofs il-grawnd ta’ Juventus u għaldaqstant jista’ jkun li, […]

Il-programm tal-logħob tat-2 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 20 ta’ Awwissu 2022, 6.30 p.m. Torino-Lazio: Piccinini Udinese-Salernitana: Aureliano Is-Sibt 20 ta’ Awwissu 2022, 8.45 p.m. Inter-Spezia: Ghersini Sassuolo-Lecce: Colombo Il-Ħadd 21 ta’ Awwissu 2022, 6.30 p.m Empoli-Fiorentina: Marchetti Napoli-Monza: Fourneau Il-Ħadd 21 ta’ Awwissu 2022, 8.45 p.m. Atalanta-Milan: Maresca Bologna-Verona: Marcenaro It-Tnejn 22 ta’ Awwissu 2022, 6.30 p.m Roma-Cremonese: Massimi It-Tnejn 22 […]

Pjaca għadu Turin

Mhuwiex Rabiot biss l-uniku plejer li Juventus sabu l-bejgħ tiegħu u li ma jridx jitlaq. Anki Pjaca rrifjuta t-trasferiment ma’ Sampdoria b’self. Mhux magħruf eżatt għala Pjaca ma jridx jilgħab għal Sampdoria. Li hu żgur hu li hu rrifjuta li jmur magħhom u bħalissa qed jittrenja mal-Under 23 sakemm jinstablu tim ieħor li jridu. Matthew […]

Bħal-lum fil-passat (17 ta’ Awwissu)

Aktar filmati mill-preseason Juventin tas-snin li għaddew. Bħal-lum fl-1999 Juventus kienu rebħu t-Trofeo Berlusconi billi għelbu lil Milan bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl tar-rebħa Juventina wasal minn Del Piero.