Entries by Matthew Scerri

Juventus ma jridux jitilfu lil De Ligt

Fl-aħħar jiem kien hemm diversi rapporti li Juventus lesti joffru kuntratt ġdid lil Matthijs De Ligt. Dan minkejja li Raiola stqarr pubblikament ftit taż-żmien ilu li l-Olandiż jinsab lest għall-pass li jmiss fil-karriera tiegħu. Juventus jidhru li ma jridux jitilfu lil De Ligt u teknikament għandhom id-dritt li jġeddulu l-kuntratt attwali tiegħu għal sena oħra. […]

L-FIGC titlob li fid-19 u l-20 ta’ Marzu ma tintlagħabx is-Serie A

Il-President tal-FIGC, Gravina kkonferma li l-Federazzjoni tablet lil-Lega tas-Serie A sabiex il-logħob tad-19 u l-20 ta’ Marzu ma jintlagħabx sabiex Roberto Mancini jkollu ftit iktar ċans biex iħejji għall-Play-Offs tat-Tazza tad-Dinja. S’issa għad m’hemmx qbil dwar dan kollu minħabba li l-programm tal-logħob hu mimli daqs bajda u għandha ma nstabitx data oħra meta jkunu jistgħu […]

Chiellini barra mill-azzjoni sal-aħħar tax-xahar

Juventus tilfu lil Giorgio Chiellini għal madwar tliet ġimgħat hekk kif sofra injury fil-pexxun. Mit-testijiet li sarulu rriżulta li l-injury mhuwiex ta’ entità gravi. Fl-istqarrija ta’ Juventus ma hemm ebda indikazzjoni dwar kemm se jdum barra, biss il-gazzetti u l-websites qed jirraportaw li se hu se jkollu jibqa’ barra mill-azzjoni sal-aħħar tax-xahar. Matthew Scerri