Entries by Matthew Scerri

Arsenal f’kuntatti kontinwi mal-aġent ta’ Arthur

Il-Brażiljan Arthur jista’ jħalli lil Juventus fis-sessjoni tax-xitwa tas-suq tat-trasferimenti. Fl-aħħar jiem kien hemm għidut li Arsenal iriduh b’saħħa u li għandhom ftehim mal-plejer. Hemm rapporti li llum l-aġent tiegħu, Federico Pastorello, kien Londra u kellu laqgħa ma’ uffiċċjali ta’ Arsenal x’aktarx sabiex ikomplu jiftehmu dwar l-istrateġija għat-trasferiment tiegħu. F’dan l-istadju jidher li Arsenal iriduh […]

Gowl minn free-kick wara sena u nofs

Il-gowl ta’ Juan Cuadrado minn free-kick fil-partita kontra Sampdoria hu l-ewwel gowl minn free-kick li l-Bianconeri skurjaw f’sena u nofs. L-aħħar darba li plejer Juventin sab ix-xibka minn free-kick kien fl-4 ta’ Lulju 2020 meta Ronaldo kien skurja gowl rarissimu minn free-kick. Minn dakinhar ‘l hawn Juventus kellhom nuqqas assolut ta’ gowls minn free-kicks. Nafu […]

Bħal-lum fil-passat (18 ta’ Jannar)

Fis-sena 2004, proprju bħal-lum it-18 ta’ Jannar, fl-Istadio Delle Alpi Juventus kienu laqgħu lil Siena. Il-grawnd kien miksi bis-silġ, biss dan ma waqqafx lit-tim formidabbli ta’ Juventus milli jikseb rebħa kbira. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 4-2, b’hattrick ta’ Del Piero u gowl ieħor ta’ Trezeguet.

Rovesciata li saret leġġenda!

Il-partiti tal-futbol huma l-ħin kollu rrekordjati mhux biss permezz ta’ filmati imma anki b’ritratti miġbuda minn għexieren ta’ professjonisti. Uħud mir-ritratti jibqgħu fil-memorja iktar fit-tul u jsiru ikoniċi. Wieħed minn dawn ir-ritratti hu dak li qed nippubblikaw ma’ dan l-artiklu. Kien miġbud fil-15 ta’ Jannar 1950. Dakinhar Juventus kienu qed jilagħbu barra minn darhom kontra […]

Azmoun jista’ jingħaqad ma’ Juventus f’Jannar

Allegri kemm-il darba rrepeta li Juventus se jibqgħu b’dal-plejers sa tmiem l-istaġun anki jekk qatt ma eskluda li jista’ jkun hemm xi opportunità li Juventus jieħdu biex isaħħu lit-tim tagħhom. F’dawn is-sigħat hemm diversi xnigħat li Juventus jinsabu f’negozjati ma’ Zenit biex jixtru lil Sardar Azmoun. L-attakkkant Iranjan ta’ 27 sena jista’ jimla l-vojt li […]