Entries by Pierre Bonavia

Aktar minn 70% minnkom ottimisti għal-logħba tal-llejla

Wara li sar stħarriġ fuq il- Grupp Facebook tal-Juventus Club Vero Amore ħafna minnkom urejtu ottimiżmu lejn x’jista’ jkun ir-riżultat tal-logħba tal-llum il-Ħadd 4 ta’Frar bejn Juventus u Inter. Aktar minn sebgħin fil-mija ta’dawk li taw l-opinjoni tagħhom (li kien aktar minn 300 persuna) saħħew li t-tim tagħna se joħroġ rebbieħ mill-grawnd ta’ San Siro. […]

Insiru nafu aħjar lil Carlos Alcaraz

Insiru nafu aħjar lil Carlos Alcaraz, il-plejer Arġentin li Juventus akkwistaw mingħand Southampton matul dan il-mercato ta’ Jannar. IR-RWOL TA’ ALCARAZ Alcaraz huwa jolly rejali, kapaċi jilgħab fl-aktar pożizzjonijiet varjati. L-Arġentin fil-fatt wera li jaf jagħmel tajjeb kemm bħala ċentrali kif ukoll bħala midfielder, ir-rwol ewlieni tiegħu, iżda b’mod sorprendenti wkoll bħala l-ewwel attakkant. Il-karatteristiċi tal-inserimenti […]

Inter-Juventus: Duwell Aristokratiku jew Gwerra bla Rispett?

In-Nerazzurri u l-Bianconeri minn dejjem kienu rivali. Huma jħarsu lejn xulxin kif jistgħu biss l-aristokratiċi. U ma tantx se jaslu biex iħobbu lil xulxin xi darba. “Vincere é l’unica cosa che conta” “Vinciamo senza rubare!” “Meta nieħu idejn partitarju Milanist naħsilha, meta nieħu idejn Juventin ngħodd kemm fadalli subgħajn” “Il-partita vera bejnietna u t-tim ta’Milan […]

Il-Juve għandhom l-arma sigrieta biex jegħlbu lil Inter

Dusan Vlahovic huwa eżempju partikulari ta’ supereroj. Ma jilbisx libsa jew mantelli speċjali, m’għandux id-don li jsir inviżibbli, u lanqas li jiċkien lilu nnifsu jew ipoġġi l-ħżiena fil-gaġeġ ġewwa xibka ta’ brimba. Is-setgħat tiegħu huma kollha kkonċentrati f’saqajh u f’rasu u l-uniku appoġġ tiegħu huwa ballun: kull darba li jara wieħed, jattirah lejh bħallikieku kienet […]

Filmati u Statistika – Ħarsa lura lejn Juventus-Empoli

Minn Youtube qed inwasslulkom x’intqagħal wara d-draw tal-lbieraħ ġol-Allianz Stadium bejn Juventus u Empoli. tkompli …       … kif ukoll statistika uffiċjali fuq il-partita li għadna kemm rajna.   JUVENTUS-EMPOLI 1-1 Juventus (3-5-2): Szczesny 6,5; Gatti 6,5, Bremer 6, Alex Sandro 5,5; Cambiaso 5 (78′ Iling Jr 5,5), McKennie 5, Locatelli 5, Miretti 5 […]

Rabiot u Chiesa mweġġajn! Barra minn Juve-Empoli!

Skond il-ġurnalist ferm affidabbli Romeo Agresti kemm il-plejer ta’ nofs il-grawnd Adrien Rabiot u kemm l-attakkant Federico Chiesa se jkunu barra mill-iskwadra li se tilgħab kontra Empoli għada ġo l-‘Allianz Stadium’ fis-6.00pm     Pierre Bonavia

Storja Bajda u Sewda – 1987 – L-ewwel darba ġo Turin ta’ Empoli

Empoli minn dejjem kienu ikkonsidrati bħala tim żgħir minn raħal mdaqqas fil-periferija ta’ Firenze. Dan seħħ sal-bidu tas-snin tmenin, meta l-club irnexxilu jibni ‘youth sector’ ta’ livell mhux biss reġjonali imma anke nazzjonali. Is-socjetá bajda u ċilesti telgħet matul dawk is-snin id-diviżjonijiet tal-futbol Taljan staġjun wara staġjun sakemm fis-sena 1986 irnexxilhom (fost l-istaġgħib ta’ ħafna) […]