Entries by Pierre Bonavia

Memorji Bojod u Suwed – Meta Causio lagħab kontrina: Juve-Udinese

      Serie A 1981-1982 – 13 -il ġurnata Torino – Stadio Comunale Il-Ħadd 3 ta’ Jannar 1982 JUVENTUS-UDINESE 1-0 Gowl: Galderisi 52 JUVENTUS: Zoff, Osti, Cabrini, Furino, Brio, Scirea, Marocchino, Tardelli (Galderisi 32), Virdis, Brady, Bonini Kowċ: Giovanni Trapattoni UDINESE: Borin, Galparoli, Tesser, Gerolin, Cattaneo, Orlando, Causio, Bacchin (De Giorgis 63), Miano, Orazi, […]

Aħna Familja Juventina – Thiago’s Journey –

Ħbieb aħna bħala familja juventina magħquda u lesta għal għajnuna bejnietna bi dmirna li ngħinu il-familja ta’ ħutna bianconero li bħalissa għaddejjin minn mumenti diffiċli wara li skoprew li binhom Thiago ta’ 4 snin qed isofri minn marda rari.   Din il-kundizzjoni tirrekjedi żmien, imħabba, paċenzja u speċjalment sommom kbar ta’flus għal kura tiegħu. Għalhekk […]

Avviż Importanti Rigward Booking ta’ Biljetti

Id-data tal-partita tal-ewwel semi finali tal-Coppa Italia kontra Lazio issa hija ufficjali: nhar it-Tlieta 2 ta’ April fid-9pm. L-aħħar opportunita’ biex jiġu riservati l-ahhar ftit biljetti li fadal għal din il-partita li se tintlagħab ġewwa Turin huwa nhar is-Sibt 17 ta’ Frar minn ġewwa l-uffiċju qabel il-partita kontra Verona bejn 5pm u 5.45pm. Dan jghodd […]

Aktar minn 70% minnkom ottimisti għal-logħba tal-llejla

Wara li sar stħarriġ fuq il- Grupp Facebook tal-Juventus Club Vero Amore ħafna minnkom urejtu ottimiżmu lejn x’jista’ jkun ir-riżultat tal-logħba tal-llum il-Ħadd 4 ta’Frar bejn Juventus u Inter. Aktar minn sebgħin fil-mija ta’dawk li taw l-opinjoni tagħhom (li kien aktar minn 300 persuna) saħħew li t-tim tagħna se joħroġ rebbieħ mill-grawnd ta’ San Siro. […]

Insiru nafu aħjar lil Carlos Alcaraz

Insiru nafu aħjar lil Carlos Alcaraz, il-plejer Arġentin li Juventus akkwistaw mingħand Southampton matul dan il-mercato ta’ Jannar. IR-RWOL TA’ ALCARAZ Alcaraz huwa jolly rejali, kapaċi jilgħab fl-aktar pożizzjonijiet varjati. L-Arġentin fil-fatt wera li jaf jagħmel tajjeb kemm bħala ċentrali kif ukoll bħala midfielder, ir-rwol ewlieni tiegħu, iżda b’mod sorprendenti wkoll bħala l-ewwel attakkant. Il-karatteristiċi tal-inserimenti […]

Inter-Juventus: Duwell Aristokratiku jew Gwerra bla Rispett?

In-Nerazzurri u l-Bianconeri minn dejjem kienu rivali. Huma jħarsu lejn xulxin kif jistgħu biss l-aristokratiċi. U ma tantx se jaslu biex iħobbu lil xulxin xi darba. “Vincere é l’unica cosa che conta” “Vinciamo senza rubare!” “Meta nieħu idejn partitarju Milanist naħsilha, meta nieħu idejn Juventin ngħodd kemm fadalli subgħajn” “Il-partita vera bejnietna u t-tim ta’Milan […]

Il-Juve għandhom l-arma sigrieta biex jegħlbu lil Inter

Dusan Vlahovic huwa eżempju partikulari ta’ supereroj. Ma jilbisx libsa jew mantelli speċjali, m’għandux id-don li jsir inviżibbli, u lanqas li jiċkien lilu nnifsu jew ipoġġi l-ħżiena fil-gaġeġ ġewwa xibka ta’ brimba. Is-setgħat tiegħu huma kollha kkonċentrati f’saqajh u f’rasu u l-uniku appoġġ tiegħu huwa ballun: kull darba li jara wieħed, jattirah lejh bħallikieku kienet […]

Filmati u Statistika – Ħarsa lura lejn Juventus-Empoli

Minn Youtube qed inwasslulkom x’intqagħal wara d-draw tal-lbieraħ ġol-Allianz Stadium bejn Juventus u Empoli. tkompli …       … kif ukoll statistika uffiċjali fuq il-partita li għadna kemm rajna.   JUVENTUS-EMPOLI 1-1 Juventus (3-5-2): Szczesny 6,5; Gatti 6,5, Bremer 6, Alex Sandro 5,5; Cambiaso 5 (78′ Iling Jr 5,5), McKennie 5, Locatelli 5, Miretti 5 […]

Rabiot u Chiesa mweġġajn! Barra minn Juve-Empoli!

Skond il-ġurnalist ferm affidabbli Romeo Agresti kemm il-plejer ta’ nofs il-grawnd Adrien Rabiot u kemm l-attakkant Federico Chiesa se jkunu barra mill-iskwadra li se tilgħab kontra Empoli għada ġo l-‘Allianz Stadium’ fis-6.00pm     Pierre Bonavia