Entries by zeronlg

Illejla bidu ġdid…

Fid-dinja tal-futbol bidu ġdid jaf ifisser bidla għall-ahjar jew għal-għar. F’kollox hekk fil-verita. Illejla għal darb’oħra se nkunu qed nissapportjaw lit-tim ta qalbna f’wieħed mill-għar grawnds f’termini ta atmosfera u passjoni – Stadio Diego Armando Maradona ġewwa Napli. Fi kliem Cherubini nnifsu, illejla jerġa jibda proġett ġdid; bi plejers bħal Kaio Jorge, Chiesa, Dybala u […]

Ramsey mgħajjat mat-tim nazzjonali

Aaron Ramsey reġa’ ġie mgħajjat mat-tim nazzjonali ta’ Wales għall-partiti li se jilagħbu kontra l-Ingilterra, l-Irlanda u l-Ungerija bejn it-8 u l-14 ta’ Ottubru. Matthew Scerri

Proposta għal bdil bejn Emerson Palmieri u De Sciglio

Fil-jiem li għaddew Juventus allegatament ipproponew lil Chelsea bdil ta’ plejers b’self bejn Emerson Palmieri u De Sciglio. Skont Calciomercato.com Juventus riedu li l-plejers jiġu mibdula b’self dis-sena bid-dritt li jkunu akkwistati għal kollox is-sena d-dieħla għall-prezz differenti (20-25 miljun għal Emerson Palmieri; 10-15-il miljun għal De Sciglio). Chelsea madankollu rrifjutaw din l-offerta. Matthew Scerri

L-aġent ta’ Dybala għadu Turin

Jorge Antun, l-aġent ta’ Dybala, għadu Turin skont IlBianconero.com. Hu wasal l-Italja madwar ħmistax-ilu u kien qed jakkumpanja lil omm Dybala. Issa jidher li se jibqa’ Turin sabiex, wara li jkun għalaq is-suq tat-trasferimenti, ikompli jiddiskuti l-kuntratt il-ġdid ta’ Dybala. Matthew Scerri

Għadu ‘l bogħod il-ftehim bejn Juventus u Khedira

Khedira ma jridx jaf! Hu assolutament ma jridx jaċċetta somma inqas minn 6 miljuni biex jittermina l-kuntratt ma’ Juventus. Il-Bianconeri min-naħa tagħhom qed joffrulu 2.5 miljuni. Kollox jindika li l-partijiet għadhom ‘il bogħod milli jsibu ftehim u jista’ jkun li finalment Khedira se jqatta’ sena oħra ma’ Juventus, mifrud f’daru basta jaqla’ s-6 miljuni tiegħu. […]

Kean eqreb lejn ritorn ma’ Juventus

Carlo Ancelotti m’għandu l-ebda oġġezzjoni li Kean jinbigħ u allura Raiola qed imexxi t-taħdidiet ma’ Everton biex l-attakkant Taljan jirritorna ma’ Juventus. Il-Bianconeri qed jipproponu self għal sentejn u wara jkun hemm dritt li jixtruh għal kollox, liema dritt isir obbligu jekk jintlaħqu ċerta miri stabbiliti minn qabel. Matthew Scerri

Ħadd mit-tim ta’ Napoli m’għandu l-Covid!

L-iswab tests tal-plejers u l-istaff ta’ Napoli kellhom kollha riżultat negattiv u allura s’issa ħadd ma jidher li ħa l-virus mingħand il-plejers ta’ Genoa l-Ħadd li għadda. Ma ninsewx, però, li t-tobba dejjem qalulna li jekk it-test isir kmieni wisq, il-virus jaf ma jinqabadx. Għada waranofsinhar se jsiru testijiet oħra. Matthew Scerri

Frabotta daqt se jkun offrut kuntratt ġdid

Il-wirjiet tajba mat-tim ta’ Pirlo se jwasslu biex daqt Gianluca Frabotta jkun offrut kuntratt ġdid. Hu se jkun qed jaqla’ paga li ftit plejers tas-Serie C għandhom, jiġifieri 200,000 Ewro fis-sena. Matthew Scerri