Entries by zeronlg

Genoa-Torino u Juventus-Napoli se jkunu posposti?

Bejn dal-lejl u għada mistennija joħorġu r-riżultati tal-iswab tests tal-plejers ta’ Napoli wara li faqqa’ l-każ ta’ Genoa b’14-il persuna infettata. Napoli lagħbu kontrihom nhar il-Ħadd u allura hemm riskju li l-virus għadda lill-plejers Naplitani. Minħabba l-incubation period tal-virus innifsu, nhar il-Ġimgħa se jsiru swab tests oħra li r-riżultati tagħhom ikunu magħruf s-Sibt. F’dan l-istadju […]

14-il każ ta’ Covid fit-tim ta’ Genoa

Aħbar inkredibbli li għadha kif ħarġet ftit tal-minuti ilu hi li 14-il persuna bejn plejers u staff ta’ Genoa nstabu pożittivi għall-Covid-19. Allegatament tmienja minnhom huma plejers. Napoli, li lagħbu kontrihom ilbieraħ, qed jagħmlu l-iswab tests lill-plejers tagħhom. Fil-jiem li għaddew Perin u Schone ta’ Genoa wkoll kienu ttestjaw pożittivi u ma lagħbux kontra Napoli. […]

Rekord ieħor għal Ronaldo

Id-doppjetta kontra Roma ssarfet f’rekord personali ieħor għal Cristiano Ronaldo. Fil-fatt biż-żewġ gowls Ronaldo sar l-ewwel plejer li qatt skorja 450 gowl fl-aqwa ħames kampjonat tal-Ewropa. Matthew Scerri

Mendes qed jipprova jbigħ lil Douglas Costa fl-Ingilterra

Calciomercato.com qed jirrapurtaw li Juventus qabbdu lil Jorge Mendes biex isib tim lest jixtri lil Douglas Costa. iIt-tentattivi ta’ Paratici ma tantx ħallew il-frott mixtieq u għaldaqstant Juventus kellhom jirrikorru għal Mendes. It-timijiet li qed jissemmew humka Wolves u Manchester City. Matthew Scerri

Valencia f’negozjati għall-akkwist ta’ Rugani

Valencia għaddejjin b’taħdidiet għall-akkwist ta’ Daniele Rugani b’self bid-dritt li jixtruh is-sena d-dieħla. Skont Cadena Cope Rugani lest jaċċetta trasferiment magħhom biss l-Ispanjoli jridu li hu jnaqqas il-paga ta’ 3.5 miljun Ewro li għandu ma’ Juventus. Matthew Scerri

Ir-riżultati tal-partiti tat-2 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 26 ta’ Settembru 2020, 3.00 p.m. Torino-Atalanta 2-4 Is-Sibt 26 ta’ Settembru 2020, 6.00 p.m. Cagliari-Lazio 0-2 Sampdoria-Benevento 2-3 Is-Sibt 26 ta’ Settembru 2020, 8.45 p.m. Inter-Fiorentina 4-3 Il-Ħadd 27 ta’ Settembru 2020, 12.30 p.m. Spezia-Sassuolo 1-4 Il-Ħadd 27 ta’ Settembru 2020, 3.00 p.m. Verona-Udinese 1-0 Il-Ħadd 27 ta’ Settembru 2020, 6.00 p.m. Crotone-Milan […]

Higuain jgħaxxaqha fid-debutt tiegħu ma’ Inter Miami

Filwaqt li Luis Suarez kellu debutt tal-ħolm ma’ Atletico b’żewġ gowls u assist f’għoxrin minuta, l-istess ma nistgħux ngħidu dwar Gonzalo Higuain. It-tim tiegħu ta’ Inter Miami tilef 3-0 u l-Pipita falla penalty. Mhux hekk biss, ħin minnhom spiċċa ġie fl-idejn ma’ plejer avversarju. Kull darba li Higuain ikun ‘il bogħod mit-tim Juventin qed ikun […]

Bħalissa aħjar nwarrbu t-trijonfaliżmu u d-disfattiżmu

F’dal-mument tal-istaġun naħseb li t-tim Juventin m’għanduz bżonn la t-trijonfaliżmu li kellna wara l-partita kontra Sampdoria u wisq inqas ċertu disfattiżmu li deher wara l-partita kontra Roma. Hu veru li ġimgħa ilu rajna wirja tajba u ħadna gost naraw lit-tim jilgħab. Fl-istess ħin, imma, hu veru wkoll li lbieraħ rajna wirja fqira għall-aħħar, speċjalment fl-ewwel […]