Entries by zeronlg

Perin reġa’ mar lura ma’ Genoa

Plejer ieħor li sellem temporanjament lil Juventus illum hu Mattia Perin. Kmieni waranofsinhar hu wasal fil-faċilitajiet sportivi ta’ Pegli, li huma l-headquarters ta’ Genoa. Hu ffirma kuntratt magħhom. Tajjeb infakkru li Perin ingħaqad għat-tieni sena ma’ Genoa b’self. Matthew Scerri

Romero beda l-avventura tiegħu ma’ Atalanta

Cristian Romero llum kien Zigonia, il-headquarters ta’ Atalanta sabiex jibda l-avventura tiegħu magħhom. Qabel, aktar kmieni matul il-jum, Romero ffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus qabel ingħaqad b’self ma’ Atalanta. Matthew Scerri

Zenit jiċħdu li għandhom ftehim ma’ Khedira

Id-Direttur Ġenerali ta’ Zenit, Alexander Medvedev ċaħad b’mod assolut li l-klabb Russu jinsab f’taħdidiet ma’ Khedira. Skontu m’hemmx xejn vera u dawn huma biss qlajjiet li ġejjin mill-aġenti tal-plejer. Matthew Scerri

Messi ħabbar li se jibqa’ ma’ Barcellona

Lionel Messi ħabbar li mhux se jitlaq lil Barcellona. Fi kliemu l-President kienu ilu jaf l-istaġun kollu li ried jitlaq peress li kien qed iħoss li wasal iż-żmien li jwarrab. Issa Barcellona qed jgħidulu li ma jistax jitlaq iktar b’xejn minħabba li klawżola kienet tiskadi fl-10 ta’ Ġunju. Messi żied anki li biex jitlaq lil […]

Ronaldo reġa’ ma ttrenjax mal-Portugall minħabba l-injury li sofra

Għat-tieni jum konsekuttiv, Cristiano Ronaldo ma ttrenjax ma’ sħabu tat-tim nazzjonali Portugiż. Jidher li hu għandu infjammazzjoni f’suba’ ta’ saqajh, infjammazzjoni li ġietu minħabba ferita infettata. Kważi żgur li hu mhux se jilagħab għada kontra l-Kroazja u hemm dubji kbar dwar kemm se jkun laħaq irkupra sa nhar it-Tlieta meta l-Portugall se jilagħbu kontra l-Iżvezja. […]

Tgħid daret il-folja?

Kulmin jaf sew l-andament tas-suq tat-trasferimenti, jaf tajjeb li fis-sajf hu normali li wieħed jaqra minn kollox. Pereżempju, wara li għal jumejn qalulna li Juventus kellu ftehim ma’ Suarez, issa Il Corriere dello Sport qed isostni li finalment Suarez jista’ jibqa’ flimkien ma’ Messi ma’ Barcellona. Fi Spanja, però, qed jiċħdu din l-aħbar peress li […]

Klabbs mis-Serie A jridu lil Nicolussi Caviglia

Tliet timijiet tas-Serie A, kollha mir-reġjun tal-Liguria, qed juru interess li jiksbu lil Hans Nicolussi Caviglia mingħand Juventus. S’issa l-plejer qed jittrenja fil-Continassa u x’aktarx Pirlo jixtieq jarah fl-azzjoni mill-qrib biex jifhem għandux iżommu jew le. Jekk Juventus jagħżlu li jisilfuh mill-ġdid, fuqu hemm Sampdoria, Genoa u Spezia. Matthew Scerri

X’qed jingħad dwar il-kuntratt li Juventus offrew lil Suarez

Skont La Gazzetta dello Sport Juventus għandhom ftehim ma’ Suarez għal kuntratt ta’ tliet snin b’paga ta’ 10 miljuni fis-sena. Fil-jiem li għaddew kien intqal li l-kuntratt kellu jkun validu għal sentejn b’paga ta’ 8 miljuni. Intant Sky ikkonfermaw li l-kwistjoni tal-passaport ta’ Suarez tista’ tissolva fi ftit jiem. Matthew Scerri

Italja-Bożnija. Kif x’aktarx se jilagħbu llejla

Italja (4-3-3): Donnarumma; Florenzi, Bonucci, Chiellini, Biraghi; Barella, Jorginho, Zaniolo; Chiesa, Belotti, Insigne. Bożnija (4-3-3): Sehic; Civic, Kovacevic, Bicakcic, Kolasinac; Besic, Sabanadzovic, Cimirot; Visca, Dzeko, Duljevi.