Entries by zeronlg

Suarez diġà tkellem ma’ Chiellini u Bentancur

Allegatament fl-aħħar jumejn Luis Suarez għamel xi telefonati lil plejers ta’ Juventus. Skont La Gazzetta dello Sport, l-ewwel telefonata saret lil Chiellini li kien vittma ta’ gidma min-naħa ta’ Suarez fit-Tazza tad-Dinja tal-2014. Tajjeb ngħidu li t-tnejn li huma kienu diġà ċċaraw dak l-episodju bejniethom jumejn wara l-gidma. Issa Suarez ried ikun ċert li Chiellini […]

Injury għal Ronaldo

Cristiano Ronaldo jaf ikollu jitlef il-partita tal-Portugall kontra l-Kroazja. Hu mhux qed jittrenja minħabba infezzjoni f’suba’ ta’ saqajh. S’issa m’hemmx rapporti li għandu injury gravi, biss ma ninsewx li s-Serie A se tibda ħmistax oħra u Juventus diġà għandhom barra lil Dybala. Matthew Scerri

Dejjem iktar probabbli s-self ta’ Romero ma’ Atalanta

Juventus u Atalanta resqin lejn ftehim għat-trasferiment ta’ Romero mat-tim ta’ Gasperini. Il-partijiet jidhru li qed jaqblu li Romero jkun misluf lil Atalanta, bil-klabb minn Bergamo jkollu l-obbligu li jixtrih għal kollox aktar ‘il quddiem għal valur komplessiv ta’ 25 miljun. Matthew Scerri

Suarez għad m’għandux passaport Taljan

Skont La Gazzetta dello Sport, Luis Suarez għad m’għandux passaport Taljan jew iċ-ċittadinanza Spanjola. Hu qatt ma applika għalihom minkejja li kellu kull dritt. Fil-fatt hu intitolatat għal passaport Taljan peress li martu Sofia hi ċittadina Taljana u għandhom tlett itfal. Barra minn hekk jista’ anki jikseb iċ-ċittadinanza Spanjola peress li ħadem għal sentejn fi […]

Aħbarijiet xejn sbieħ mill-aġent ta’ Locatelli

Sportitalia ħadu kumment mingħand l-aġent ta’ Locatelli, Stefano Castelnovo. Hu stqarr: “Fl-Italja bħalissa ħadd m’għandu l-flus biex jixtrih.” Din hi konferma li Sassuolo verament qed jitolbu prezz għoli ħafna għal Locatelli (dan l-aħħar issemmiet is-somma ta’ 40 miljun). Matthew Scerri

Juventus lesti jagħtu kumpens lil Barcellona għal Suarez

Luis Suarez jidher li jinsab tassew qrib li jsir plejer ta’ Juventus. Sky taw l-aħbar li, wara li nstab ftehim mal-plejer innifsu, Juventus qabbdu lill-aġent tiegħu jgħarraf lil Barcellona li lesti jħallsu somma żgħira bħala kumpens lill-klabb Spanjol. Il-kumpens se jkun f’forma ta’ bonuses li jitħallsu fis-sajf 2021 skont ir-riżultati miksuba mit-tim u l-wirjiet ta’ […]

Il-programm sħiħ tal-logħob tas-Serie A 2020-21

L-1 Ġurnata (20 ta’ Settembru 2020 – 31 ta’ Jannar 2021) Benevento-InterFiorentina-TorinoGenoa-CrotoneJuventus-SampdoriaLazio-AtalantaMilan-BolognaParma-NapoliSassuolo-CagliariUdinese-SpeziaVerona-Roma It-2 Ġurnata (27 ta’ Settembru 2020 – 7 ta’ Frar 2021) Bologna-ParmaCagliari-LazioCrotone-MilanInter-FiorentinaNapoli-GenovaRoma-JuventusSampdoria-BeneventoSpezia-SassuoloTorino-AtalantaVerona-Udinese It-3 Ġurnata (4 ta’ Ottubru 2020 – 14 ta’ Frar 2021)Atalanta-CagliariBenevento-BolognaFiorentina-SampdoriaGenova-TorinoJuventus-NapoliLazio-InterMilan-SpeziaParma-VeronaSassuolo-CrotoneUdinese-Roma Ir-4 Ġurnata (18 ta’ Ottubru 2020 – 21 ta’ Frar 2021)Bologna-SassuoloCrotone-JuventusInter-MilanNapoli-AtalantaRoma-BeneventoSampdoria-LazioSpezia-FiorentinaTorino-CagliariUdinese-ParmaVerona-Genoa Il-5 Ġurnata (25 ta’ Ottubru 2020 – 28 ta’ […]

Uffiċjali: Brighenti ma’ Juventus U23

Juventus Under 23 għandhom attakkant ġdid. Fil-fatt inxtara l-attakkant ta’ Monza, Andrea Birghenti. Hu attakkant espert li jaf sew il-kampjonat tas-Serie C u allura jista’ jgħin lit-tim Juventin jipprova jitla’ fis-Serie B. Matthew Scerri