FIC-CHAMPIONS LEAGUE

Fl-ahhar wasal fi tmiemu dan il-kampjonat terribli li kellna, l-objettiv stagonali lhaqnih b’hafna u hafna sofferenza sa din l-ahhar loghba kontra Venezia.

Li ma’ kinitx ha tkun facli konna nafu izda din il-partita kienet il-mera ta’ l-istagun kollu voldiri rizultat kwazi qatt ma’ zammejnih, qlajna ruxmata gowls u kontra Venezia biex tkompli tghaxxaqa konna prattikament minghajr id-difensuri kollha. Filfatt kull xutt li qlajna sarraf f’gowl ghal Venezia u li ma’ kienx Di Gregorio zgur li r-rebha ma’ waslitx.

Soffrejna stagun shih, rajna nuqqas ta’ personalita, nuqqas ta’ sistema ta’ loghob, rajna fragilita kontinwa u kellna stagun iehor inkredibilment mimli injuries muskolari u dawk anka sfortunatament gravi bhal ta’ Bremer u Cabal fejn ta’ l-ewwel hassejnih immens.

Il-kwalifikazjoni fic-champions league hija xi haga mportantissima ghas-socjeta u ghal futur tal-Juventus ekonomikament biex jsiru investimenti mportanti u jinbena tim tajjeb bi players denji li jilbsu l-flokk Juventin. Nisperaw li nizbaljaw mil-inqas l-akkwisti li ser isiru.

Bla dubju li rridu nissahhu wkoll bhala socjeta, fl-opinjoni tieghi assenti totalment u ftit hemm punt ta’ riferiment ta’ DNA Juventin taqta lil Giorgio Chiellini.

Grazzi kbira tmur lil Igor Tudor li fi ftit zmien ghamel dak li setgha bil-materjal li kellu ghad-disposizzjoni tieghu u rajna aktar grinta u sistema ta’ xi haga fit-tim. Konvint li kieku Thiago Motta tkecca qabel zgur li konna naslu aktar qabel fic-champions league u aktar il-quddiem fil-klassifika. Zgur li l-Juventini ser nibqghu nafuwulu.

Inharsu l-quddiem u jidher li diga lest ir-ritorn ta’ Antonio Conte fit-tmexxija. Is-soltu m’iniex xi wiehed li r-ritorni joghgbuni hafna izda hemm bzonn bniedem li jaf l-ambjent Juventin u demmu jbaqbaq ghal dawn il-kuluri u Conte huwa l-unika bniedem li jista jerga jtellana fejn jixirqilna. Nistennew u naraw jekk l-ghidut isirux ufficjali din il-gimgha stess.

Qabel naghlaq dan l-artiklu nixtieq naghmel ftit ringrazjamenti. Grazzi kbira lilkom il-membri li tant numeruzi qrajtu l-artikli ta’ kull gimgha u ippartecipajtu u tajtu l-opinjonijiet taghkom bil-kummenti taghkom u dejjem irrispettajtu l-opinjoni ta’ kulhadd. Dak huwa s-sabih li ghalkemm mhux kulhadd ta’ l-istess opinjoni dejjem iddiskutejna b’rispett u ta’ dan nghidilkom grazzi.

Fl-ahhar u mhux anqas nirringrazja lil president u lil kumitat kollu li jtuni din l-opportunita ta’ kull sena li nikteb dawn l-artikli b’fiducja kbira fija. Grazzi mhux biss ta’ dan izda grazzi tax-xoghol kbir li taghmlu ghalina l-membri b’dedikazzjoni kbira.

Grazzi u bhal dejjem

FORZA JUVE FINO ALLA FINE

MUMENTI DECIZIVI

Fadal l-ahhar 90 minuta ta’ taqtiegh il-qalb , dmirna ma’ l-Udinese ghamilnih u r-rebha flimkien ma’ tlett punti waslu.

Kollox jiddependi minnha u dik hija mportanti hafna. Sfortunatament l-ahhar loghba ma’ Venezia, li ghadhom ma’ waqawx matematikament ghalkemm difficli hafna ghalihom li jirnexxilom izommu posthom fis-serie a.

Naturalment nibku l-punti mormija tul il-kampjonat kollu, hasra li s-socjeta damet ma’ hadet decizjoni li tnehhi lil Thiago Motta ghaliex konvint li kieku llum ghalaqna kollox jekk m’ahniex f’pozizzjoni ahjar ukoll, hasra li l-gimgha l-ohra tlifna 2 punti fl-ahhar sekondi tal-partita kontra Lazio.

Gejja gimgha krucjali ghal futur, trid tinzamm koncentrazzjoni massima fost il-players u ma’ nahsbux li go Venezia sejrin xalata anzi din il-partita trid titqies bhala finali. Illum il-gurnata kulhadd itik loghba u rajna anka Udinese li ma’ waqfux mil-bidu sa l-ahhar u bdew jaghlqu u jilghabu r-ragel anka jekk ma’ ghandomx l-ebda objettiv x’jilhqu f’dan l-istagun.

Innutajt li dak li ilni nahseb dan l-istagun kollu li dan t-tim setgha kien ahjar bis-sistema ta’ 4-4-2 fejn konna aktar koperti u hafna aktar kompatti. Ergajt rajt wirja ohra tajba minn Alberto Costa u ma’ nistax nifhem ghaliex dan il-player dam daqshekk biex ha postu ma’ l-ewwel hdax.

Dan il-kampjonat fadallu ukoll l-verdett ta’ min ser jirbah dan il-kampjonat. Naturalment minn tnejn li xejn ma’ ghandi xi simpatija lejhom naghzel lil Napoli ghaliex l-ohrajn lanqas insemmijom ma’ irrid ahseb u ara kemm narahom jirbhu!

Ser tkun gimgha twila, kif ghidt saqajna ma’ l-art u ma’ naghmlu xejn cert u nispera ukoll li Tudor izomm fil-players koncentrazjoni massima.

Sadanittant FORZA JUVE DEJJEM sa l-ahhar nifs.