Nifs u dawl bzonnjuz

Il-pretazzjoni tal-bierah u wisq aktar ir-rebha fuq salernitana taghtna nifs qawwi u kuragg ghall-futur wara x-xokk qawwi li soffrejna kollha kemm ahna nkluz il-players wara t-tnaqqis ta’ hmistax il-punt fuq il-kaz fantazma tal-plusvalenze. Konna ilna ma’ nirbhu bi skor hekk qawwi barra minn darna minn zmien Pirlo bhala kowc. Nistghu nghidu li kienet partita li fija konna superjuri tul id-90 minuta u stajna anka hrigna bi skor akbar minn 3-0.

Personalment kuntent ghax rajt lil players b’certu determinazzjoni li kont ili ma’ nara anzi kont nara hafna biza u konfuzjoni izda l-bierah deher illi x-xokk tal-penalizazzjoni beda jtaffi xi ftit u kellna wirja tajba fejn rajna hafna aktar velocita fil-loghob u bi players bhal Locatelli u di Maria li fl-ahhar jidhru li bdew jiehdu t-tim f’idejom u kienu fost l-aqwa fil-partita. Di Maria ma’ hemmx ghalfejn nghidu meta jrid jilghab bis-serjeta huwa player ta’ klassi kbira; kellna ukoll ir-ritorn ta’ Vlahovic fejn anka rega sab ix-xibka wara hafna zmien u dan zgur li moralment ser jghinu hafna aktar fil-loghbiet li gejjin. Tista tghid li kulhadd kellu partita tajba izda sfortunatament rega kellna injury iehor li jidher pjuttost serju taz-zghazugh Miretti li sa dak il-hin kellu loghba tajba hafna fejn anka kien protagonist li wassal ghal penalty biex ftahna l-iskor.

Veru li salernitana m’humiex xi tim qawwi u qatt ma’ ippressawna hafna tul il-partita izda wara d-diffikultajiet li kellna tul l-istagun mat-timijiet iz-zghar sirt personalment nistenna kollox specjalment wara prestazzjoni fjakka kontra monza. Infakkar li din kienet partita fl-ewwel round fejn konna letteralment gejna misruqin 2 punti nahseb kulhadd ghadu jiftakar x’kien gara u konna ga bdejna naraw kif konna ha nigu trattati tul l-istagun.

L-unika haga negattiva li innutajt u ghandi kurzita fuqa hija l-prestazzjoni ta’ Federico Chiesa li kontra s-soltu meta dahal ftit kien effettiv u anka deher li qisu ma’ tantx kellu aptit u determinazzjoni tas-soltu, nispera li fizikament ma’ hemm xejn hazin, nispera li r-raguni kienet biss li forsi xtaq jibda mil-bidu u xejn aktar. Naturalment sensazzjoni personali u xejn aktar.

Nisperaw li dan kien sinjal li bih bilmod nergghu nsibu saqajna fis-sod u nifthu serje ohra ta’ rizultati pozittivi biex ntellghu punti kemm nifilhu ghaliex intom bhali tafu x’jista jigri l-quddiem izda fuq dan nitkellmu aktar fid-dettal f’artikli ohra jew f’xi podcast iehor u niehu l-okkazjoni biex nirringrazjakom li kontu tant numeruzi li segwejtu l-podcasts li ghamilna. Bhal dejjem nibqghu dejjem nsegwu dak li ser jigri attentament pero jidher illi z-zejt tiela f’wicc l-ilma u d-dinja qeghda tirrealizza li dan hu biss akkaniment ta’ hdura kontra l-Juventus u xejn aktar!

FORZA JUVE DEJJEM

Kurżitajiet mill-passat marbutin mat-8 ta’ Frar

1. L-ewwel gowl ta’ Davids ma’ Juventus
25 sena ilu Edgar Davids kien skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk ta’ Juventus. B’kollox hu lagħab 235 partita ma’ Juventus u skorja 10 gowls. Kif għidna, l-ewwel wieħed wasal waqt Juventus-Roma tat-8 ta’ Frar 1998.

2. L-uniku gowl ta’ Poulsen
Fit-8 ta’ Frar 2009 Juventus lagħbu kontra Catania u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-2. Dakinhar kien skorja Christian Poulsen. Interessanti li dan kien l-uniku gowl tiegħu bil-flokk ta’ Juventus f’60 partita.

3. Id-debutt ta’ Padoin u t-tieni darba għal Caceres
Fit-8 ta’ Frar 2012, fil-partita tal-Coppa Italia bejn Milan u Juventus, Simone Padoin kien għamel id-debutt tiegħu bil-flokk ta’ Juventus. Dakinhar kien lagħab anki Martin Caceres li kien irritorna ma’ Juventus wara snin sentejn ma’ Seville. Padoin u Caceres kienu l-akkwisti tal-mercato tax-xitwa ta’ dik is-sena u lagħbu proprju kontra Milan fil-Coppa Italia. Għal Caceres kienet partita speċjali peress li hu skorja ż-żewġ gowls tar-rebħa Bianconera.

4. L-aħħar partita ta’ Giovanni Ferrari
Giovanni Ferrari kien jifforma parti mill-Juventus tal-Quinquennio d’oro (1930-1935) meta l-Bianoneri rebħu ħames scudetti infila. Wara mbagħad kien mar jilgħab ma’ Inter u Bologna fejn rebaħ rispettivament 2 scudetti u 1 scudetto. Fl-istaġun 1941-42 hu rritorna ma’ Juventus. L-aħħar partita li hu qatt lagħab bil-flokk ta’ Juventus kienet proprju fit-8 ta’ Frar 1942 kontra Padova fil-Coppa Italia.

 

5. L-aħħar gowl ta’ Pietro Rava
Fit-8 ta’ Frar jaħbat anki l-anniversarju tal-aħħar gowl li Pietro Rava skorja għal Juventus. Hu kien difensur u allura ma tantx kien ikollu l-opportunità li jiskorja spiss. Fit-8 ta’ Frar 1948, Rava kien skorja fil-partita Pro Patria-Juventus 2-3.

 

 

6. Riżultati tal-partiti kollha li Juventus lagħbu fit-8 ta’ Frar

Data Kompetizzjoni Partita Riżultat
08.02.1914 Kampjonat tal-Ewwel Kategorija Juventus-Como 9-0
08.02.1920 Kampjonat tal-Ewwel Kategorija Brescia-Juventus 0-0
08.02.1925 Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni Spal-Juventus 0-2
08.02.1931 Serie A Pro Patria-Juventus 1-3
08.02.1942 Coppa Italia Juventus-Padova 1-0
08.02.1948 Serie A Pro Patria-Juventus 2-3
08.02.1953 Serie A Juventus-Atalanta 1-1
08.02.1959 Serie A Udinese-Juventus 0-4
08.02.1967 Tazza tal-Fieri Juventus-Dundee United 3-0
08.02.1970 Serie A Torino-Juventus 0-3
08.02.1976 Serie A Verona-Juventus 1-2
08.02.1981 Serie A Juventus-Cagliari 1-1
08.02.1984 Coppa Italia Juventus-Bari 1-2
08.02.1987 Serie A Juventus-Empoli 3-0
08.02.1998 Serie A Juventus-Roma 3-1
08.02.2003 Serie A Juventus-Empoli 1-0
08.02.2004 Serie A Roma-Juventus 4-0
08.02.2006 Serie A Juventus-Parma 1-1
08.02.2009 Serie A Catania-Juventus 1-2
08.02.2012 Coppa Italia Milan-Juventus 1-2
08.02.2017 Serie A Crotone-Juventus 0-2
08.02.2020 Serie A Verona-Juventus 2-1

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (8 ta’ Frar)

Il-partita li qed inwasslulkom illum hi telfa bi skor kbir kontra Parma fl-1999, liema telfa wasslet biex Marcello Lippi jirriżenja minn kowċ ta’ Juventus u ftit jiem wara Ancelotti ħadlu postu.

Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Salernitana-Juventus

Fuq tlieta toqgħod il-borma!

Anomaliji. Ejjew ma nużawx termini iktar ħorox biex niddeskrivu dak kollu li ħareġ illum.

Nibdew minn dak li nqala’ dal-lejl. Ngħid is-sew dalgħodu kif qomt sibt messaġġ mingħand ħabib tiegħi dwar aħbar li tant dehret inkredibbli li għall-ewwel m’emminthiex. Kien biżżejjed niftaħ ftit website tal-isports biex ninduna li din l-aħbar kienet vera, tant vera li kien hemm anki videos li jippruvaw mingħajr dubju l-aħbar. Prattikament Ciro Santoriello, li f’isem il-Procura ta’ Turin mexxa l-invetigazzjoni Prisma, fl-2019 waqt li kien qed jitkellem f’konferenza, ftaħar pubblikament li hu supporter ta’ Napoli u li jobgħod lil Juventus. Mhux hekk biss, qal: “Bħala Pubblico Ministero jien qabelxejn anti-Juventin”. Il-video aseb rah kulħadd issa. Li forsi ftit jaf li hu dakinhar stress, fl-istess konferenza, Santoriello kien stqarr pubblikament li wieħed jista’ jkollu kemm irid dubji dwar il-plusvalenze fittizji, imma li hu żgur hu li dan mhuwiex reat (ma jistgħux jitqiesu falso in bilancio). Tlieta-erba’ snin wara jidher li bidel fehemtu drastikament.

Il-gravità ta’ kliem Santoriello kien tali li l-Ministru tal-Isports kellu jistqarr pubblikament li rraporta l-każ lil min hu kkunċernat.

Però l-anomaliji ma jiqfux hawn. Aktar tard matul il-jum fuq Facebook, Twitter u Instagram ixxandru kummenti pubbliċi li Vincenzo Cesaro kiteb pubblikament f’April tal-2021 fuq is-social media. Hu jiftaħ li hu supporter ta’ Napoli u joħodha qatta bla ħabel kontra Juventus, il-Familja Agnelli, Ronaldo, eċċ. Cesaro hu parti mill-Collegio di Garanzia tal-Coni li quddiemu se jitressaq l-appell ta’ Juventus.

Fl-istess Collegio se jkun hemm anki Marcello De Luca Tamajo li fl-1995 serva għal ftit xhur bħala CEO u Direttur Ġenerali ta’ Napoli. Biex ngħidu kollox jidher li De Luca Tamajo jaf lil Allegri u pubblikament stqarr l-apprezzament tiegħu għalih.

Kif kitbet Agatha Christie: “One coincidence is just a coincidence, two coincidences are a clue, three coincidences are a proof”.

Fil-verità ma rridux ninsew lanqas l-intervista gravi ferm li l-Viċi-President tal-Collegio, Sandulli (l-istess wieħed li kkundanna lil Juventus fil-kawża ta’ Calciopoli quddiem il-ġustizzja sportiva) ta l-ġimgħa li għaddiet u li fiha ġġustifika l-15-il punt imnaqqsa lil Juventus.

Ma rridux ninsew lanqas li l-Prosekutur Chinè ilu żgur jaħdem għall-Procura Federale sa mill-2007, sena wara Calciopoli u kien fit-tim tal-Prosekutur ta’ dak iż-żmien, Palazzi, li ħadha kontra Juventus imma qagħad jistenna l-preskrizzjoni biex taparsi jieħu passi kontra Inter u Milan (li kienu mixlija bi ksur ta’ regolamenti, filwaqt li Juventus bħal dejjem instabu ħatja li kisru l-prinċipji ta’ lealtà sportiva.

L-istess nies, insomma, l-istess tattika, l-istess mod moqżież biex ikissru tim. Storja li għexna sbatax-il sena ilu u li qed terġa’ tiġri quddiem għajnejna. Fl-2006 u issa ma sabux provi li Juventus kisru xi regola u allura rrikorrew għall-Artiklu 4 biex jikkundannawna għal ksur tal-lealtà sportiva. Erġajna bl-istorja ta’ ħafna dnubiet żgħar li flimkien jagħmlu wieħed kbir ħafna.

Naħseb li huwa faċli li wieħed ibassar kif se jinqata’ l-verdett tal-appell!

Li hu tassew inkredibbli hu li nies li jokkupaw karigi daqstant important u li jafu li minn taħt idejhom se jgħaddu Juventus għal ġudizzju, ma jiddejqux jesprimu pubblikament il-mibegħda tagħhom għal Juventus. Ma jiddejqux lanqas juru ma min iżommu, anzi saħanistra Santoriello jasal jgħid “Come Pubblico Ministero sono anti-Juventino”.

Matthew Scerri