L-għażliet ta’ Mancini għall-partiti kontra l-Ingilterra u Malta

Mancini sejjaħ żewġ plejers Juventini biss – Bonucci u Chiesa – fl-okkażjoni tal-partiti kontra l-Ingilterra u Malta li se jintlagħbu fit-23 u s-26 ta’ Marzu.

Il-plejers kollha mgħajta huma:

Gowlers: Donnarumma (PSG), Falcone (Lecce), Meret (Napoli), Provedel (Lazio)

Difensuri: Acerbi (Inter), Bonucci (Juventus), Buongiorno (Torino), Darmian (Inter), Di Lorenzo (Napoli), Dimarco (Inter), Romagnoli (Lazio), Scalvini (Atalanta), Spinazzola (Roma), Toloi (Atalanta).

Plejers ta’ nofs il-grawnd: Barella (Inter), Cristante (Roma), Frattesi (Sassuolo), Jorginho (Arsenal), Pellegrini (Roma), Pessina (Monza), Tonali (Milan), Verratti (Psg).

Attakkanti: Berardi (Sassuolo), Chiesa (Juventus), Gnonto (Leeds), Grifo (Friburg), Pafundi (Udinese), Retegui (Tigre), Scamacca (West Ham).

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (18 ta’ Marzu)

Il-filmat li qed inwasslulkom illum hu ta’ partita bejn Juventus u Napoli tal-1951. Filmat tassew antik li jixhed kemm il-futbol inbidel f’dawn l-aħħar 70 sena.

Id-dati importanti tal-Europa League

Sporting CP se jkunu l-avversarji ta’ Juventus fil-Kwarti-Finali tal-Europa League.

Il-polza sħiħa kienet kif ġej:

Feyenoord-Roma
Juventus-Sporting CP
Manchester United-Sevilla
Bayer Leverkusen-Union Saint-Gilloise

Fit-13 ta’ April Juventus se jkun qed jilqgħu f’darhom lil Sporting, filwaqt li ġimgħa wara, fl-20 ta’ April, il-Bianconeri se jmorru l-Portugall.

Jekk Juventus jgħaddu ghar-Rawnd li jmiss, jilagħbu kontra t-tim rebbieħ tal-konfronti bejn Manchester United u Sevilla.

Id-dati tas-semi-Finali huma: 11 u 18 ta’ Mejju. Il-Finali tintlagħab fil-31 ta’ Mejju.

Matthew Scerri

Magħrufa d-data meta se jinstema’ l-Appell

Il-Collegio di Garanzia tal-Coni se jkun qed jiddeciedi fid-19 ta’ April dwar l-Appell imressaq minn Juventus għas-sentenza tal-20 ta’ Jannar li wasslet biex Juventus tnaqqsulhom 15-il punt fil-klassifika. Fid-19 ta’ April, fis-2.30 ta’ waranofsinhar se tibda s-seduta u probabbli li dakinhar stess filgħaxija jkollna l-verdett. Infakkru li l-Collegio di Garanzia mhux se jidħlu fil-mertu tal-piena mogħtija lil Juventus u lill-eks uffiċċjali tagħha, imma jrid jistabilixxi jekk mil-lat tekniku l-kawża li wasslet għas-sentenza tmexxietx skont il-proċeduri kollha stabbiliti mil-liġi. Jekk is-sentenza tkun ikkonfermata anki mill-Collegio di Garanzia tal-Coni, Juventus ikunu jistgħu jkomplu l-battalja legali tagħhom fil-Qrati Ċivili.

Matthew Scerri

L-ewwel paġna tat-Tuttosport (15 ta’ Marzu 2023)

Prima pagina di oggi

 

Bħal-lum fil-passat (14 ta’ Marzu)

Il-filmat li għażilna għalikom illum hu konfront tat-Tazza Uefa bejn Juventus u Eintracht Frankfurt. It-tim ta’ Lippi, dakinhar, kellu l-opportunità li jikkonferma l-qawwa tiegħu anki fl-Ewropa.