REBHA KONTRA KOLLOX

Kemm kellu ragun Antonio Giraudo 17 il-sena ilu meta qal ahna ser inwarrbu u naghmlu pjacir lill-ghajjurin li hawn madwarna imma fil-futur ser taraw min huma l-vera hallelin u kriminali fil-futbol taljan! U ma’ setghax qal kliem perfett aktar milli qal. Ilbierah assistejna ghal wahda mill-akbar mafjati li pruvaw jikkundizzjonaw rizultat ta’ partita biex ghal miljun elf darba issir hsara lil Juventus u ma’ jithallewx jigu minn ta’ quddiem fil-kampjonat.

Nahseb li cara aktar mil-bierah ma’ tistax tkun b’referee u l-assistenti tieghu fil-var letteralment irrefjaw f’sens uniku loghba shiha u ghamlu minn kollox biex hekk jista jkun lanqas niehdu punt minn din il-partita, fortunatament baqa f’wiccom ghaliex xorta wasal il-gowl fl-ahhar tant meritat wara loghba assedju b’zewg gowls ta’ Kean mhassra f’kull taqsima wiehed ghax kellu farka tat-tappina taz-zarbun offside! U l-iehor ghaliex f’moviment naturali pretendew illi jaqta jdejh barra u ma’ jolqotx l-avversarju involontarjament b’recta u kummiedja shiha mil-player Faraoni li kif ra li skurjajna intefa ma’ l-art u dam jirrecta sakemm thassar il-gowl ta’ Kean! Jekk hemm nitfa serjeta ghandu jigi sospiz minn ta’ l-anqas 3 loghbiet fuq simulazzjoni imma naturalment serjeta fl-italja ma’ ghadiex tezisti fil-vokabularju, u nfakkarkom ukoll minn fejn gej Faraoni u prodott ta min hu? Hadd hlief ta’ l-Inter! Voldiri mghallem sew biex jirrecta u jibki!

Is-sitwazzjoni referees ghalina qeghda fl-opinjoni tieghi tiggrava u mhux ittaffi u qieghed nahseb li aktar ma’ jkollna rizultati tajba aktar ser nlaqqtu u naraw dan it-tip ta’ referee bhal tal-bierah. Ir-ragunijiet fl-opinjoni tieghi huma tnejn; wahda ghax jekk referee jizbalja kontra Juventus qisu qatt ma’ gara xejn anzi jigi inkurunat ta’ eroj u t-tieni ghaliex ahna s-socjeta taghna halqa maghluq dejjem! Ma’ tezistix, bahh, abra kadabra, ilbierah kelli l-ahhar tama li mqar wiehed mid-dirigenti jew Allegri mqar jnisslu kelma fuq x’rajna u x’laqqatna tul il-loghba kollha. Izda xejn assolut u ghalhekk ser inkomplu nlaqqtu go fina ghaliex dawn ghalhekk it-triade kienet iddejaqom ghax kienu jafu li mdawrin b’nies mafjuzi ghax ma’ hemmx kelma ahjar minn hekk ghalihom u illum ghar minn 17 il-sena ilu ghaliex ghandna kap ta’ federazzjoni Interist dikjarat u spettatur kull partita go san siro mal-habib tieghu mafjuz u kriminal iehor Ceferin, voldiri dawn fil-miftuh biex juru minn jikkmanda u l-aqwa li Gravina l-mafjuz qalilna li l-federazzjoni qatt ma’ kienet daqshekk efficjenti! Nesa jzid biex nkissru lil Juventus!

Nispera li dak li qrajt u smajt din il-gimgha mhux minnu li Juventus waqqfu l-kawza calciopoli kontra FIGC bi ftehim li l-allianz stadium ikun inkluz fil-kampjonat ewropew u jikber b’10 t’elef post, nispera li mhux vera ghaliex nkunu laqa tas-seklu! Minn John Elkann nistenna minn kollox!

Fuq il-partita ftit ktibt izda rajna Juventus pjuttost determinata tul il-partita kollha ghajr ghal wara li thassar l-ewwel gowl li deher li qatalna ftit il-moral u battejna ftit izda fit-tieni taqsima pressajna hafna, kellna hafna okkazjonijiet b’saves tajba mil-gowler ta’ Verona u konna hafna u hafna sfortunati biex ma’ nsemmix il-penalty fuq Chiesa car daqs il-kristall hlief ghar-referee u l-var !

Hasra nerga nghid li ghandna zewg players bhal Pogba u Fagioli nieqsa mil-midfield ghaliex jien minn dejjem kont konvint li specjalment Pogba anka nofs kedda fizikament seta taghna hafna kwalita li ezempju lbierah tant kellna bzonn; kif forsi tinnutaw it-tbatija taghna hija biex jaslu l-blalen lill-attakkanti taghna ghaliex ftit hemm kwalita warajhom izda ghalmenu bil-problemi kollha li qed naffacjaw bil-mafja organizzata li hemm kontrina qeghdin ma’ tal-ewwel u kif dejjem nghid jekk nibqaw hemm sa Dicembru b’xi akkwist li jista jsir f’Jannar ma nafx x’jista jigri! Fil-vera sens tal-kelma sa l-ahhar FINO ALLA FINE!

FORZA JUVENTUS DEJJEM

SAN SIRO ABJAD U ISWED

Rebha meraviljuza gewwa san siro li nizlet ghasel lilna l-Juventini. Konna ilna nistennew rebha mportanti bhal dik tal-bierah kontra tim favorit ghar-rebh tal-kampjonat bhal ma’ huma Milan, ghalkemm diga kellna bosta rebhiet tajbin u sbieh bhal kontra Lazio u dan l-ahhar kontra Torino fid-derby ta’ gimghatejn ilu.

Il-partita tal-bierah kienet wahda personalment kif stennejt qabel kif konna ha nkunu, mhux nghid assolutament li bassart rebha anzi f’mohhi kelli li niehdu punt minn din il-partita ghaliex wara l-problema Pogba kella tinqala l-problema Fagioli biex il-midfield taghna jkompli jsofri aktar nuqassijiet u problemi aktar milli kellna u filfatt fl-ewwel taqsima iffullajna kemm stajna nofs il-grawnd biex ma’ nhallux il kwalita tal-players ta’ Milan jippenetraw u jkunu perikoluzi. Filfatt ghalkemm kellom hafna mill-pussess tal-ballun kellom biss okkazjoni wahda b’Scszesny jsalva tajjeb fuq Giroud, il-bqija nistghu nghidu li l=ahjar cansijiet ta’ skor kienu taghna sakemm fl-ahhar minuti ta’ l-ewwel taqsima waslet it-tkeccija ta’ Thiaw li halliet lil Milan b’ghaxra minn nies.

Fit-tieni taqsima kif kien mistenni bil-Milan b’ghaxra minn nies konna ftit aktar offensivi u dhul ta’ Cambiaso mal-linja gab aktar freskezza u attakajna aktar mal-linja sakemm wasal il-gowl ta’ Locatelli li gab aktar certezza fit-tim u nistghu nghidu li Milan sa l-ahhar tal-partita qatt ma’ kienu perikoluzi.

Haga pozittiva li fid-diffikultajiet kolla li ghaddejna minnom konna pjuttost kompatti tul il-partita kollha fejn Locatelli u anka McKennie kellom partita tajba, nisperaw li sa Dicembru nibqghu ngibu rizultati pozittivi biex forsi f’Jannar ikollna xi akkwist gdid li jista jtina ftit aktar kwalita li tant ghandna bzonn.

Xtaqt naghlaq dan l-artiklu billi nesprimi ftit l-opinjoni tieghi fuq il-kaz Fagioli u dak kollu li qed jigri, apparti li meta jkun hemm xi haga tmiss il-Juventus kollox jixghel aktar u l-media jkolla xalata biex thammeg! Nibda billi nghid li ghalija personali huwa inaccettabbli li players li jaqalaw flejjes kbar, f’livell gholi u professjonali hija inacettabbli li player u atleta jmur jilghab u jaghmel l-imhatri u jien konvint li kieku is-socjeta Juventus ghada s-socjeta tal-passat, Fagioli llum ma’ ghadux player ta’ Juventus u qed nghida kontra qalbi ghaliex konvint mill-potenzjal ta’ Fagioli u hija hasra li titlef player hekk. Izda nerga nghid inaccetabbli illi wara li socjeta investit fik, kabritek u taghtek dak kollu li tehtieg imbghad tmur taghmel bassezza ta’ din il-kwalita ghalija tintilef il-fiducja kollha fil-persuna.

Naf li hafna minnkom tghidu dik marda u x’taghmel ma’ tghinux? Mela le nghinek iva, issib u ntik l ghajnuna imma jiddispjacini l-futbol mur u ilghabu x’imkien iehor u l-istess li nahseb x’missu sar fuq Fagioli, l-istess missu gara fil-kaz Pogba anzi aktar redikolu li taqla 8 miljuni ta’ xejn, tmur ghand tabib privat tieghek u ma’ tinformax lit-tobba tas-socjeta li qeghda thallsek! Dik irgulija!!

Ilbierah qal erba kelmiet tajbin hafna fuq skyPpaolo di Canio fuq Boniperti u l-esperjenza tieghu f’kaz partikolari li kien cucata fejn dawn il-kazi u araw il-Juventus x’dirigenti kella qabel u xi tmexxija ghanda illum, izda sfortunatament ingenerali inbidel kollox u kulhadd.

FORZA JUVE DEJJEM