Rigali Fan Club 2023/24

Ir-rigali relatati mas-sħubija fil-Fan Club waslu ġewwa l-uffiċju għaldaqstant qegħdin nistednukom sabiex tgħaddu tiġbruhom minn l-aktar fis kull nhar ta’ Tlieta jew Ħamis bejn 6.30pm u 8pm kif ukoll minn siegħa qabel kull partita ta’ Juventus.

Infakkrukom li min ħallas €23 jew €16 f’kas ta’ tfal huwa intitolat għal rigal wieħed li huwa kontenitur tax-xorb filwaqt li min ħallas €30 huwa intitolat għal żewġ rigali li huma dan l-istess kontenitur tax-xorb kif ukoll pouch li jitrabat mal-qadd.

Grazzi

Darren Micallef

Uffiċjal Tesseramenti
Assistent Segretarju u Assistent Segretarju Internazzjonali