Uffiċjali: Juventus jappellaw
Illejla Juventus ressqu b’mod uffiċjali l-appell tagħhom quddiem il-Collegio di Garanzia tal-Coni bil-għan li tiġi annullata s-sentenza tal-20 ta’ Jannar li għadda li rat lil Juventus jitnaqqsulhom 15-il punt fil-klassifika, flimkien mas-sospensjoni ta’ uffiċċjali u eks-uffiċċjali tagħhom.
Matthew Scerri
Xahar importanti għal Juventus
Ix-xahar li ġej mistenni jkun tassew importanti għal Juventus fil-ġlieda tagħhom barra l-grawnd sabiex inaddfu isimhom mill-akkużi li tressqu quddiemhom.
Qabelxejn dil-ġimgħa Juventus se jkunu qed iressqu l-appell kontra s-sentenza li wasslet biex tnaqqsulhom 15-il punt fil-klassifika. Juventus għandhom ċans sa tmiem il-ġimgħa biex iressqu l-appell biss, kif stqarr Calvo, huma se jkunu qed idaħħlu l-appell tagħhom kmieni l-ġimgħa d-dieħla. Imbagħad irridu naraw eżattament meta se jinstema’ l-appell.
Fl-10 ta’ Marzu, imbagħad jintemm jasal fi tmiemu ż-żmien li fih il-Procutore Federale jkun jista’ jressaq lil Juventus u klabbs oħra quddiem il-ġustizzja sportiva b’rabta mal-plusvalenze li ma kinux iddaħħlu fl-ewwel kawża. Juventus jistgħu jiġu mixlija anki li kisru r-regolamenti minħabba l-famuża ‘manovra stipendi’.
Hemm xnigħat li Juventus jistgħu jagħmlu patteġġament f’dak li għandu x’jaqsam mal-‘manovra stipendi’. Teknikament jekk Juventus jitolbu l-patteġġament qabel il-Procuratore Federale jiftaħ kawża kontrihom, ikunu jistgħu jilhwu ftehim iktar vantaġġuż (hekk għallinqas jikkuntempla l-Kodiċi tal-Ġustizzja Sportiva). Hemm xnigħat ukoll li ż-żjara li Calvo għamel f’Ruma wittiet it-triq f’das-sens, filwaqt li l-ħatra tal-Avukati Clarizia jaf ikunu marbuta man-negozjazzjoni tal-patteġġament. Nerġa’ ngħid li dawn huma biss xnigħat u allura m’humiex ikkonfermati.
Dax-xahar ta’ Marzu se jkun importanti ukoll peress li mistennija tkompli l-kumpilazzjoni fil-Qrati Ċivili tal-kawża li nfetħet mill-Procura ta’ Turin. Juventus qed jitolbu li l-kawża timxi għall-Qorti ta’ Milan minflok dik ta’ Turin. L-Imħallef se jkun qed jiddeċiedi dwar dan. Fl-istess ħin se jkun qed jistabbilixxi jekk hemmx biżżejjed provi biex il-kawża titkompla jew inkella tiġix arkivjata.
Matthew Scerri
Bħal-lum fil-passat (25 ta’ Frar)
Lura għas-sena 2001 meta fil-kampjonat Juventus għelbu lil Milan bl-iskor ta’ 3-0. Gowls ta’ Tudor, Inzaghi u Zidane.
Friburg huma l-avversarji ta’ Juventus fl-Europa League
L-avversarji ta’ Juventus fir-Rawnd tal-Aħħar Sittax tal-Europa League huma Friburg. Ftit tal-ħin ilu ttellgħet il-polza f’Nyon, l-Iżvizzera. Aktar tard ikunu magħrufa d-dati u l-ħinijiet taż-żewġ konfronti bejn Juventus u Friburg.
Il-polza sħiħa hi:
FC Union Berlin-Union Saint-Gilloise
Sevilla-Fenerbahce
Juventus-FC Friburg
Bayer Leverkusen-Ferencvaros
Sporting CP-Arsenal
Manchester United-Real Betis
Roma-Real Sociedad
Shakhtar Donetsk-Feyenoord
Matthew Scerri