Max allegri

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Arsenal

Bħal-lum fil-passat (16 ta’ Diċembru)

Il-filmat tal-lum se joħodna lura għas-sena 1956 meta Juventus għelbu lil Bologna bl-iskor ta’ 3-1. Fost l-oħrajn dakinhar kellna doppjetta ta’ Boniperti.

Rabiot jista’ jitlef il-Finali minħabba virus

Adrien Rabiot jista’ jkun qed jitlef il-finali tat-Tazza tad-Dinja wara li laqqat virus (imsejjaħ il-virus tal-iġmla). Hi speċi ta’ influwenza li mhix tħalli lil Rabiot jittrenja. Apparti Rabiot hemm anki sħabu tat-tim Upamecano u Coman li ħadu l-virus. Huma ġew iżolati mill-bqija ta’ sħabhom sabiex ma jgħaddulhomx il-virus. Fl-istess ħin qed jingħataw kull kura possibbli sabiex jilħaq jgħaddilhom sa nhar il-Ħadd.

Matthew Scerri

Super League. L-Avukat Ġenerali jagħti l-parir tiegħu

Is-Super League llum qalgħet daqqa mortali jew kważi. L-Avukat Ġenerali Athanasios Rantos ta l-parir tiegħu lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni tal-monopolju tal-Uefa u l-Fifa. Il-parir hu wieħed ta’ natural legali u issa sta għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li taqta’ s-sentenza f’Marzu 2023. Normalment il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea taqta’ s-sentenzi tagħha skont il-parir mogħti lilha lill-Avukat Ġenerali. Il-kwistjoni hi waħda koumplessa ferm, biss nistgħu ngħidu li kollox miexi favur il-Uefa u l-FIFA. L-Avukat Ġenerali rrikonoxxa l-ispeċifiċità tal-isports kif stabbilit mil-liġijiet tal-Unjoni Ewropea. L-Uefa u l-FIFA għandhom iva, monopolju, fuq l-organizzazzjoni tal-kompetizzjonijiet Ewropej, biss il-mod kif inhuma strutturati huma miftuħin għal kulħadd mid-dilettanti sal-plejers professjonali. Is-Super League mill-banda l-oħra hi iktar magħluqa peress li hemm timijiet li se jkollhom post garantit fil-kompetizzjoni, filwaqt li ftit oħrajn biss se jkunu jistgħu jidħlu. L-Avukat Ġenerali, ovvjament, bl-ebda mod ma esprima opinjoni kontra s-Super League, biss ta l-parir li l-Uefa u l-Fifa għandhom id-dritt li jieħu passi kontra klabbs affiljati magħha u plejers li jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet tas-Super League. Fi kliem ieħor min jieħu sehem fis-Super League jista’ jiġi eskluż mil-kompetizzjonijiet tal-Uefa u tal-FIFA. Issa jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea se taqtagħha f’das-sens, allura nistgħu ngħidu li s-Super League diffiċilment se tkun qatt tista’ tibda. L-uniku tama għas-Super League, kif indikat indirettament mill-Avukat Ġenerali hi li tkun iktar miftuħa għall-klabbs kollha. Ovvjament ukoll, kif dejjem stqarrew il-fundaturi tas-Super League, min-naħa tagħhom dejjem kien hemm ix-xewqa li l-kompetizzjonijiet tagħhom isiru bi qbil mal-Uefa u m’hemmx għalfejn ngħidu li s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tkun xi tkun, qatt ma tista’ twaqqaf lill-Uefa u lis-Super League li jilħqu ftehim bejniethom.

Matthew Scerri

Super League. Illum jaf tkun ġurnata kruċjali

Illum hu jum importanti ferm għall-futur tas-Super League hekk kif proprju llum mistenni li jitħabbar il-parir mogħti mill-Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, Athanasios Rantos, dwar il-kwistjoni tal-monopolju tal-Uefa fil-qasam tal-futbol Ewropew. Is-sentenza se tinqata’ min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Marzu. Biss normalment dil-Qorti tilqa’ dejjem il-konsiderazzjonijiet tal-Avukat Ġenerali. Għaldaqstant hemm stennija kbira biex isir magħruf x’tip ta’ parir se jingħata mill-Avukat Ġenerali. Bil-parir tiegħu jista’ prattikament jinbidel l-istatus quo tal-affarijiet li sa mill-1955 ra dejjem lill-Ueda torganizza l-kompetizzjonijiet Ewropej. Jekk l-Avukat Ġenerali jqis li hemm monopolju min-naħa tal-Uefa, allura l-Qorti tkun qed taqta’ s-sentenza tal-Uefa u s-Super League tkun tista’ ssir realtà. Is-sentenza li se tinqata’ f’Marzu 2023 jaf tkun rivoluzzjonarja daqs jekk iktar mis-Sentenza Bosman.

Matthew Scerri

Sittax-il sena mill-mewt ta’ Ale & Ricky

Illum jaħbat is-sittax-il anniversarju mit-traġedja li fiha ħallew ħajjithom Riccardo Neri u Alessio Ferramosca. Iż-żewġ plejers tat-tim ‘Berretti’ ta’ Juventus kienu mietu proprju fil-15 ta’ Diċembru 2006 fit-training grounds ta’ Vinovo wara li waqgħu fi speċi ta’ lag artifiċjali, jew ġiebja kbira jekk irridu, li fiha jinħażen l-ilma li jservi biex jissaqqa l-ħaxix tal-grawnds f’Vinovo. Huma kienu marru jiġbru xi blalen li waqgħu fil-lag u bi żball spiċċaw fl-ilma huma wkoll. Il-kesħa qawwija ta’ dakinhar wasslet biex mietu mill-ewwel.

Jien, flimkien ma’ Manwel Scerri, dakinhar kont f’Vinovo waqt il-ħin tat-traġedja. Konna qed nirrappreżentaw lill-Club tagħna fid-DOC Day organizzata proprju f’Vinovo. Niftakar kesħa qawwija. Niftakar kemm konna bqajna sorpriżi meta rajna lill-bugħaddasa deħlin fil-faċilitajiet ta’ Turin. Ħadd ma kien jaf b’xejn sa dak il-ħin. L-aħbar kienet għadha ma ħarġitx. Imbagħad tlaqna lejn l-iStadio Olimpico fejn kellha tintlagħab Juventus-Cesena u malli wasalna smajna li l-partita tħassret b’rispett lejn il-vittmi.

Ale & Ricky jgħixu għal dejjem f’qalbna!

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (15 ta’ Diċembru)

Fl-1974 Napoli sofrew waħda mill-ikbar disfatti tagħhom fil-kampjonat tas-Serie A meta sfaw megħluba f’darhom minn Juventus bl-iskor ta’ 2-6. Din t’hawn taħt hu l-filmat tal-partita:

Injury muskolari għal Bonucci

Leonardo Bonucci sofra injury muskolari u se jkollu jibqa’ mistrieħ għal għaxart ijiem. Wara dawn l-għaxart ijiem it-tobba għandhom jerġgħu jinviżtawh biex jistabilixxu jekk ikunx fieq jew le.

Matthew Scerri