Tal-Misthija

Tal-misthija! Ma’ hemmx kelma ahjar biex tiddiskrivi din il-partita mizera u bla sugu tattiku, minghajr idejat, minghajr hegga u l-aktar gravi ghalija personali minghajr interess minn hafna mill-players taghna.

Ser ikolli nibda mil-kowc, nerga nghid bhal ma’ ktibt f’artikli ohra, jien wiehed milli nikritikah u hafna u illum nghid u nikkonferma bir-ragun kollu! Izda ghidt u ammirajt anka l-kapacita tieghu fis-sitwazzjoni li jinsab fija l-club ingenerali, izda sfortunatament Allegri huwa l-akbar responsabbli ta’ dan l-isfregju tattiku li ninsabu fih.

Il-partita kontra sassuolo fija ntmiss il-qiegh u anka tahtu! Ha nkun car diga kienet gietna tajba kontra sporting li ukoll umiljawna u iddominawna tattikament allura xejn gdid! Ma’ tistax tigik tajba dejjem.

Kif qatt tista b’din l-attitudni iggib dejjem rizultat favorik? Ma’ tarax azzjoni denja, ma’ tarax zewg passes kontinwi, ma’tarax player jaqbez avversarju, l-attakanti wiehed mal-linji, l-iehor aktar midfielder milli attakant, jixxutja biss xi Danilo. Jien nistaqsi! Imma dawn kif jippreparawa l-partita? X’tip ta’ tattika jiprepara biex jilghabu? Tezisti il kelma pressing f’mohhu? U jezistu biss ghaxra gol-kaxxa? X’ma jigix il-gowl! Xi sitt corners wara xulxin hadd ma’ huwa kapaci johrog bil ballun, zbalja Fagioli vera imma id-difensuri fejn kienu fuq Defrel?? Naturalment gol-kaxxa z-zghira u xorta jghaddi l-ballun!

Jidhlu Chiesa u di Maria, jintefaw wiehed aktar full back milli attakant, l-iehor aktar mal-linja milli centrali!!! Kif trid tiskorja?? L-akbar problema hija li ma’ hemmx l-ebda midfielder ta’ kwalita li kapaci jitma lil attakkanti jew ahjar lil min kellu jtina l-kwalita ilu stagun ippapijilna!! Imbghad xi nghidu ghal mr 10 miljuni fis-sena?? Qed nirreferi ghal monsieur Rabiot ! Sinjorina ta’ prima kwalita ergajna koppi nippasigaw, nitilfu l-ballun, nibqghu nharsu u ma’ tara l-ebda inizjattiva ta’ xejn minn ghandu. Kieku nkun jien 10 miljuni ntijomlu iva imma daqqiet gol-warrani lilu u lil mummy halli f’Gunju imur isib lil min itijomlu!

Nerga nirritorna ghal Fagioli. Jekk Allegri jigi konfermat probabli li dan il-player nirvinawh ghax diga bdejna nitfawh mal-linji ukoll, aktar quddiem il-fullback milli fin-nofs fejn hu idejali ghalih.

Jibqa l-fatt li apparti Allegri jidher car li huwa tattikament skadut hemm nofs il-players li jridu jtiru minn hemm, min ghax mhux denju li jilbes il-flokk Juventin, min ghax zmienu ghadda, grazzi hafna tas-servizz imma ndawru l-pagna jew nkella l futur ser jibqa mdallam. Hemm bzonn ta’ atleti godda bil-ghatx ghal rebh b’kowc li kapaci jaghti mentalita rebbieha, xi haga li bhalissa ma’ tezistix internament, hemm bzonn anka fit-tmun ta’ nies godda li jafu l-loghba tal-futbol u li jgibu stabilta fil-club u fl-iskwadra.

Il-qiegh intmiss u kif, il-futur hadt ma’ jafu, gejja gimgha li tista tkun iebsa hafna, fil-qrati fejn min issa sparixxa ma’ kienx kapaci jzommna l’boghod u kemm fil-pitch b’zewg loghbiet iebsin immens. Wahda fil Portugal li bil-prestazzjoni bhal ma’ sassuolo jikinsuna mhux jirbhulna imbghad ma’ napli u kif nghidu ommi maaa!!

FORZA JUVE DEJJEM

Bħal-lum fil-passat (15 ta’ April)

Bħal-lum fl-1973 Juventus lagħbu f’darhom kontra Palermo. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 4-1 għall-Bianconeri.

Il-Curva tibqa’ miftuħa (għalissa)

Il-Curva Sud Primo Anello se tkun qed tilqa’ lis-supporters Juventini bħas-soltu fil-partita kontra Napoli (għallinqas għalissa). Fil-fatt il-Qorti tal-Appell laqgħet ir-rikors urġenti mressaq minn Juventus kontra d-deċiżjoni tal-Imħallef tal-Isport li l-Curva Sud tinżamm magħluqa għal partita waħda minħabba l-korijiet razzisti fil-konfront ta’ Lukaku. Il-Qorti tal-Appell issospendiet din id-deċiżjoni u għamret li l-kwistjoni tinqata’ minn Tribunal ieħor. Fi kliem ieħor għalissa l-Curva Sud se tibqa’ miftuħa sakemm it-Tribunal jaqta’ s-sentenza tiegħu. Mhux magħruf meta se jiltaqa’ dat-Tribunal. Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Ansa s-sentenza tat-Tribunal se toħroġ qabel it-23 ta’ April meta Juventus se jkunu qed jerġgħu jilagħbu f’darhom fil-kampjonat bl-avversarji jkunu Napoli.

Matthew Scerri

Manovra stipendi. X’ġara dil-ġimgħa

Għall-kuntrarju ta’ dak li forsi qed jaħsbu ħafna, dil-ġimgħa l-Procuratore Federale Chine’ ma ddeċidiex li jiftaħ kawża kontra Juventus quddiem il-Ġustizzja Sportiva. Hu għarraf lil Juventus u lil eks uffiċċjali tagħha li għalaq l-investigazzjoni tiegħu dwar il-manovra stipendi, il-partnership ma’ klabbs oħra u r-rapporti tal-klabb ma’ xi aġenti. Fit-tliet każijiet hu qed jikkuntesta l-ksur tal-lealta’ sportiva (l-Artiklu 4 tal-Kodiċi tal-Ġustizzja Sportiva).

Juventus għandhom ħmistax-il ġurnata biex iressqu memorja difensiva tagħhom dwar dan kollu li qed ikun ikkuntestat lilhom. Chine’ mbagħad ikollu tletin ġurnata biex jiddeċiedi għandux jiftaħ kawża kontra Juventus quddiem il-Ġustizzja Sportiva, liema kawża tibda minnufih u l-ewwel seduta tkun skedata f’temp ta’ għaxart ijiem minn meta Chine’ jiftaħ il-kawża.

Ovvjament Chine’ jista’ ma jiftaħx il-kawża jekk ikun hemm risposta b’saħħitha fil-memorja difensiva ta’ Juventus.

Juventus ħarġu stqarrija li fiha kitbu li huma mxew mal-proċeduri ta’ accounting system internazzjonali. Nafu, imma, kif taħdem il-Ġustizzja Sportiva li ma tagħti lil ħadd l-opportunita’ li jiddibatti u jiddefendi ruħu sew waqt is-seduti. Minħabba f’hekk qed jissemma ħafna li Juventus se jkun qed jitolbu patteġġament. Jekk dan se jkun il-każ, tajjeb ngħidu li jekk it-talba għall-patteġġament issir qabel tibda l-kawża, Juventus ikunu intitolati għal skont ta’ nofs il-piena. Mill-banda l-oħra jekk it-talba għall-patteġġament titressaq wara li tibda l-kawża, Juventus jieħdu biss skont ta’ terz tal-piena.

Punti finali: jekk il-kawża verament tinfetaħ u tilħaq tintemm qabel it-30 ta’ Ġunju, il-piena tkun tgħodd f’dan l-istaġun. Imma jekk tinqabeż did-data, allura l-piena tidħol fis-seħħ fl-istaġun li jmiss.

Matthew Scerri

Rebha Sofferta

Waslet rebha sofferta fl-europa league li naturalment aktar ma’ navvanzaw aktar insibu timijiet sodi u ta’ certu esperjenza u sporting lisbon huwa wiehed minn dawk it-timijiet li ghandu kemm certa sodizza u anka certu esperjenza f’dawn il-livelli, filfatt irnexxilhom jeliminaw lil arsenal biex waslu sal-loghba tal-bierah.

Ir-rizultat huwa wiehed minimu izda mportantissimu ghalina ghaliex li ma’ taqlax gowl huwa mportanti u sejrin il-Portugall b’gowl vantagg li jiswa mmens. Tattikament ma’ konna xejn sew u nista nghid tul id-disghin minuta b’konfuzjoni kontinwa u nazzarda nghid biza kbira tul il-loghba donnu regghet waqat certu biza fil-players dawn l-ahhar loghbiet.

Personalment nahseb illi s-sistema 3-4-3 kienet wahda azzardata l-bierah ghaliex bi Chiesa li ghadu l-boghod mil-Chiesa ta’ qabel l-injury, mhux fi stat li jinzel jghin midfield u difiza tul il-loghba kolla u filfatt kemm hu u kemm Kostic sofrew l-avversarju tul il-partita kolla specjalment fit-tieni taqsima meta l-gheja bdiet taghmel taghha.

Nota negattiva kien fl-opinjoni tieghi Angel di Maria, nistenna hafna aktar minnu f’partiti ta’ dan il-livell fejn anka hu flimkien ma’ Locatelli u Rabiot zbaljaw serje twila ta’ passes li lanqas tghoddom fuq subajk. Milik ghalkemm kien bhas-soltu tattikament generuz jidher li wara l-injury ghadu lura wkoll minn forma denja ta’ dawn il-partiti.

Fuq nota pozittiva Federico Gatti assolutament man of the match, generuz, umli, dixxiplinat u leader flimkien ma’ Bremer u Danilo kien perfett u premjat meritatament bil-gowl tant importanti. Kellu bzonn kulhadd bhalu! U xi nghidu ghal Mattia Perin, salvatur u salvana minn dro cert; dahal kiesah u biered wara li Sczcesny hasad lil kulhadd bl-ugiegh f’sidru. Jidher xejn gravi u nisperaw li l-bqija tat-testijiet jibqaw johorgu tajbin.

Din il-partita kif ghidt kienet mportanti u r-rizultat mhux anqas, mhux ha tkun facli fil-Portugall izda ghandna bazi soda u possibiltajiet kbar, kollox jiddependi minna u hadt aktar.

FORZA JUVE DEJJEM