PARTITA SFORTUNATA

Kien dro ingust u sfortunat fil-partita kontra l-Atalanta. Fl-opinjoni tieghi bdejna tajjeb hafna b’loghob agressiv, determinati u lqatna l-lasta ma’ l-ewwel ftit minuti u kif jghidu x-xemx minn filghodu turik.

Mal-ewwel ghoxrin minuta konna diga sebgha korners kontra wiehed u dan huwa xhieda li konna qeghdin niddominaw u ma’ nista nsib xejn x’nikritika jew player li kien hazin sal-mument li bit-traskuragni ta’ Adzic li sa dak il-hin rega wera kwalita konna kwazi perfetti.

L-unika haga li ma’ naqbilx ma’ Tudor hija l-ghazla ta’ punta wahda fejn fl-opinjoni tieghi meta nsibu difizi maghluqa bhal ta’ Atalanta nsibu diffikulta kbira biex insibu x-xibka fejn bil-punta unika ftit huma l-players fil-kaxxa u b’Yildiz immarkat minn tlett players avversarji.

Qlajna l-gowl fl-aktar mument krucjali tal-loghba kwazi mas-suffara ta’ tmiem l-ewwel taqsima u moralment ma’ kinitx facli tohrog bl-istess energija li l-players wrew fl-ewwel parti tal-loghba.

Qabel it-tkeccija ta’ De Roon irriskjajna bil-kbir ukoll li naqalaw it-tieni gowl li zgur kien jitfana l-bahar izda fortunatament b’tibdil offensiv li sar wasal l-gowl tad-dro tant mistenni b’Cabal jirritorna wara sena barra u ma’ setghax jibda ahjar minn hekk.

Naturalment nerga nghid li ghad fadal enormita xi jsir ghaliex jidher bic-car li ghadna ma’ sibniex saqajna tattikament u fejn Napoli u Inter nghid li hemm differenza mhux hazin ghalkemm irbahna lil Inter.

Dan id-dro jhalli rabja fina s-sapporters izda l-affarijiet jidhru aktar pozittivi minn stagun ilu u ma’ ghandniex ghalfejn nitilfu l-fiducja f’Tudor u l-iskwadra.

Niftakru tajjeb li anka fl-ewwel sena ta’ Conte kowc ukoll konna nitilfu punti bhal dawn il-partiti, miniex nghid li nistghu naghmlu tmiem bhal dak l-stagun izda ejja nibqaw wara Tudor u l-players.

FORZA JUVE DEJJEM

L-EWWEL PUNTI MITLUFA

Meta tim jkun b’sahhtu ta’ vera u lest ghal mixja lejn is-successi zgur li ma’ timijiet bhal Verona li probabbli s-sena diehla jilghabu fis-serie B tmur f’darhom, tiddomina u tirbah!

Sfortunatament il-partita kontra Verona fl-opinjoni tieghi waqqghat il-maskla u nehhitli kull dubju li gieni wara l-partita kontra l-Borussia Dortmund. Id-dubji tieghi huma li l-iskwadra ghada bl-istess problemi ta’ karattru u ta’ nuqqas ta’ kwalita li kellna l-istagun li ghadda.

Kellna bidu tajjeb u deheret id-differenza bejn iz-zewg timijiet sakemm wasal il-vantagg minn Conceicao, wiehed mill-ftit li jipprova jikkreja xi haga! Vantagg meritat, izda minn hemm bdejna ninhallu bis-soltu irtubijja li ma’ nirbhux tackle wiehed, b’serje ta’ passes hziena wiehed wara l-iehor sakemm malajr wasal il-penalty generuz lil Verona li minnu gabu dro.

Bil-kontra l-var ma’ hadmitx meta l-attakant ta’ Verona letteralment ta’ daqqa ta’ minkeb lil Federico Gatti u gie muri biss karta safra.

Fit-tieni taqsima ftit jew kwazi xejn ma’ rajna reazzjoni u rajna s-soltu konfuzjoni u s-soltu players mimlijin traskuragni jitilfu ballun wara iehor bil-prencimes taghhom l-ewwel wiehed ikun Cambiaso, player li dahal f’dalma li donnu ma’ jistax johrog minnha u mhux ta’ b’xejn il-65 miljun li qalu offrew ghalih Man City sparixxew!

It-tim letteralment inqasam minn nofs u prattikament il-midfield sparixxa b’Verona kellom xalata ta’ spazju li gawdew minnu tul it-tieni taqsima kollha. Ma qbiltx ma’ certa tibdil li ghamel Tudor ezempju li flok sahhahna l-attakk gie maqlugh Vlahovic flok tefalu attakant iehor ta’ appogg u niehdu kemm jista jkun blalen bir-ras fejn tul loghba shiha ma’ tfajnix kross wiehed sura ta’ nies.

Nisperaw li ma’ naqbdux l-istess triq ta’ sena ilu li wara rebha kbira naqbdu nizla interminabbli u ghalhekk jien dejjem insostni wara xi rebha li t-triq ghada twila u fadal enormita xi jsir.

Ghalhekk diga wasal iz-zmien ta’ inqas pozi u tpatpit mill-players fuq social media u nikkoncentraw ghal partita li jmiss.

FORZA JUVE DEJJEM