Bdejna Nirragunaw
Il-bierah fl-opinjoni tieghi assistejna ghall-ahjar loghba tal-Juventus s’issa f’dan l-istagun. Kienet loghba ta’ kwalita u kwantita fejn kulhadd ta’ sehemu b’determinazzjoni. Kwazi nista nghid li lghabna ahjar mil-loghba kontra Inter.
Naturalment ir-rebh igib aktar rebh, aktar konvinzjoni u determinazzjoni fit-tim u aktar qed nikkonvinci ruhi illi kieku certu decizjonijiet ittiehdu qabel ma’ konniex nghaddu milli ghaddejna ghalkemm kif dejjem nghid ma’ tistax tirbah dejjem u tkun dejjem l-aqwa.
Il-bierah il-partita regghet uriet illi mhux l-ismijiet kollox izda l-ghaqda li wiehed jahdem ghall-iehor u li kulhadd jinzel bil-ghatx ghal rebh. Kellna midfield dan l-ahhar loghbiet trasformat minn wiehed dizastruz, bla idejat u minghajr playmaker u issa dahal Nicolo Fagioli, zaghzugh verament tajjeb ta’ kwalita li minghajr hafna daqq ta’ trombi letteralment ha r-riedni ta’ nofs il-grawnd f’idu u bis-sahha tieghu nghid ukoll li gawdew players bhal Rabiot u Kostic li bhalu ghamlu progress kbir u illum saru l-qalb tat-tim.
Nistaqsi, ghaliex dam biex ha certu decizjonijiet Allegri? Ghaliex player bhal Fagioli inghata l-genb ghal kwazi 3 xhur shah? Il-biza? Ghax nharsu lejn l-ucuh? X’ghandhom Fagioli u Miretti inqas minn Mckennie? Ghaliex dam ma’ ha decizjoni li fid-difiza ghandna nilghabu bi 3 biex nsahhu l midfield b’5 peress li kellna problemi kbar u kulhadd beda jghaddi qisu ma’ hemm hadd?
Ma’ rridx nidher li irrid nikritika ghaliex dejjem ktibt li l-problema m’hiex Allegri biss u nibqa nghida u nibqa nsostni li s-socjeta trid tissahhah u jerga jkun hemm bniedem li jifhem sew fil-loghba li ilu f’dan l-ambjent.
Issa waslet il-waqfa, li tant tlabna ghalija meta l-affarijiet kienu hziena ghalina. Sfortunatament ha jkollna nieqfu fl-aqwa mument taghna filwaqt li certu timijiet li bdew tajjeb bdew imajnaw anka fizikament. Zgur li konna niksbu aktar punti u innaqsu d-distakk izda ma’ nistaw naghmlu xejn u nieqfu habba din l-assurdita tal world cup li ha ssir f’Dicembru minhabba flus u xejn aktar altru milli futbol is for fans!!
Minn naha taghna nisperaw li l-players li ha jibqaw ikollom preparazjoni atletika tajba li twassalna sa l-ahhar ta’ l-istagun kompetittivi u nippruvaw ngibu success ghaliex issa nidhru li bdejna nirragunaw u minn Jannar ser jibda kampjonat iehor u bil-hazin kollu taghna rnexxilna nibqaw mwahhlin ma’ ta’ fuq.
FORZA JUVE DEJJEM
Bħal-lum fil-passat (13 ta’ Novembru)
Bi pjaċir qed inwasslulkom filmat ieħor storiku mill-Archivio Storico Luce. Illum qed noħdukom lura għas-sena 1949 meta Juventus kienu għelbu lil Inter 3-2.
Rebha sofferta
Rebha sofferta imma mportantissima. Rebha li tellatna aktar il-fuq fil-klassifika u kif dejjem ghidt u ktibt dan hu mportantissimu qabel il-waqfa ghaliex f’Jannar jibda kampjonat iehor u suppost illi nkomplu nirkupraw aktar players.
Dik tal-bierah kienet loghba kif mistenni difficli u tattikament maghluqa kif kull tim zghir jaghmel meta jaffronta tim kbir. L-ewwel taqsima kienet pjuttost fjakka minn naha taghna u ftit li xejn kellna xi okkazjonijiet li nifthu l-iskor ghajr forsi ghal xutt tajjeb ta’ Locatelli li l goaler gab save tajjeb fuqu, pjuttost verona kienu aktar agressivi u kienu anka perikoluzi f’xi waqtiet.
Minn naha taghna ghalkemm ma’ rajniex xi spettaklu ta’ loghob jew xi loghob tajjeb xorta jidher li fit-tim issa dahlet certu certezza u mentalment aktar trankwilli wara 4 rebhiet qabel Verona; u specjalment il-loghba kontra Inter ziedet moral qawwi fil-players.
Ergajt rajt dik il-pacenzja u kalma fil-players u konvinzjoni li ilna ftit ma’ naraw ghalkemm xorta ghad ghandna nuqqasijiet kbar fit-tqassim u ghadna ma’ naghtux zewg passes infila wara xulxin u anka tattikament ghadna m’ahniex kumpatti. Imma diment li jibqaw gejjin it-tlett punti l-affarijiet jistaw jmorru l-quddiem.
Dejjem nikkonvinci ruhi li players bhal Fagioli u Miretti ghandhom jibqaw jigu ntegrati dejjem aktar ghaliex dawn mhux biss jidhru li huma l-futur imma ghandhom demm Juventin go fihom! Demm ibaqbaq bhal taghna s-sapporters. Ma nafx innutajtux x’hin dahal Paredes jekk indunajtu! Dawn l-players Paredes fosthom iddizapuntani bil-kbir ghaliex Paredes u bhalu ohrajn jidhru bic-car li mohhom biss fit-tazza tad-dinja u xejn aktar. Paredes x’hin dahal letteralment ma deherx u Verona hadulna totalment il-midfield u nafu kemm Verona ghafsuna fl-ahhar hinijiet. Din ghanda tkun ta’ taghlima ohra li l-ismijiet mhux kollox imma l-qalb u l-imhabba ghall-flokk l-ewwel biex ikollok frott ghal futur, u nispera li d-dirigenti dak li qed juru certa players bhalissa f’Gunju ma jinsewhx!
Sahansitra l-kowc ta’ l-Argentina hareg fil-berah u qal li ikkuntatja l-clubs biex kemm jista jkun ma’ jilghabux lil players nazzjonali ahseb u ara personalment x’qal lill-players!!
Gejja l-ahhar loghba qabel il-waqfa kontra Lazio u din hija assolutament loghba ohra mportanti daqs ta’ kontra Inter ghaliex tista ittellana ghat-tielet post. Mhux ha tkun facli ghaliex Lazio huma tim tajjeb u dejjem taw kedda lil kulhadd pero konvint li nistaw nergaw niehdu l-massimu minn din il-loghba.
FORZA JUVE DEJJEM