Ikkonfermata l-entità tal-injury ta’ Milik

L-istaff mediku ta’ Juventus stabilixxa l-entità tal-injury ta’ Arek Milik. L-injury muskolari f’koxxtu x-xellugija hu ta’ entità medja. Hu se jibqa’ mistrieħ għal ġimagħtejn u wara se jsirulu testijiet oħra sabiex ikun stabbilit aħjar kmm se jdum barra. Skont rapport mhux uffiċjali, hemm riskju li Milik idum barra għal madwar xahar-xahar u nofs.

Matthew Scerri

Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Monza

TRIQ TA’ AGUNIJA

Dak li tant bzajt li ser jigri gara kollu f’din il-partita, apparti li sistema f’din is-sena u nofs ma’ kellna u la qatt rajna aggressivita fil-loghob wisq aktar ghatx ghal rebh u players li jhobbu l-flok u l-club ftit li xejn.

Din il-partita wriet li hafna mil-players hadu daqqa morali kbira filwaqt li hafna minnom qatt ma’ wrew li jaghmlu differenza anzi hlief biex jimmudellaw fuq is-social media mhux tajbin, il-problema harget aktar fic-car.

Konfuzjoni tattika shiha, players jahbtu ma’ xulxin, hadd ma’ jaf x’ser jaqbad jaghmel, u hadd ma’ jrid il-ballun f’saqajh. Armejna l-ewwel taqsima letteralment bil-Monza tahsibom Real Madrid jiddominawna minn kull parti tal-pitch u lezzjoni tattika kbira.

Rajna is-soltu problemi u s-soltu fragilita izda wisq aktar lil certa players lanqas biss kellom aptit jilghabu in primis le prime donne Paredes u di Maria, b’ta l-ewwel ma’ jaghtix pass wiehed tajjeb u flok ikun playmaker tat-tim tahsbu player dilettant. Di Maria apparti bhas soltu mitfugh mal-linja kwazi jiddefendi letteralment jippassiga minghajr motivazzjoni ta’ xejn barra li qallana it-tieni gowl minn zball banali tieghu.

Nigu ghall-ghazliet li ghamel Allegri bil-formazzjoni tal bidu. Inkredibbli m’ghandix kliem aktar jew jien ma nafx nara l-futbol jew dan skadut ta’ vera, mentalment konfuz bhat-tim bhalissa. Mela Pogba u Vlahovic ghadom biss jifilhu nofs siegha skond hu fil-press conference izda De Sciglio li tant ihobb, dak jiflah 90 minuta u rajnih x’figura qata kulhadd ghaddej minn fuqu! L-istess in-naha l’ohra bl-ghazla tad-difiza bi 3. Kostic full back l-istess storja ta’ De Sciglio spicca qisu pupu jigri u jfittex il-players tal-Monza u l-ewwel gowl nesa il-player warajh fejn baqa diehel rih qisu hemm il -fatati!

Naturalment bhas soltu meta l-froga kienet lesta, Allegri biddel is-sistema b’erba difensuri u beda jdahhal players li missom kienu hemm mill-bidu. L-aktar wiehed li qala capcip kien Moise Kean l-istopper tal-Monza awww skuzawni suppost kien l-attakant taghna izda kien difensur aggunt tal-Monza! Emmnuni sewwa jghidu fid-dinja x-xorti kollox, nistaqsi kif Moise Kean jista jissejjah player!

Nerga ntenni li dawn il-problemi ilom ghaliex hemm hafna fatturi ta’ decizjonijiet hziena fosthom tim mibni hazin. Issa hadna daqqa morali grazzi ghal nies irresponsabli li kellna fit-tmexxija u dawk li suppost kienu top managers!

Nixtieq nghid ukoll li diga ergajt bdejt nara min qed jitlob ghat-tkeccija ta’ Allegri! Jien daqs kulhadd nixtiequ jitlaq illum qabel ghada imma f’gieh kemm hemm jekk ghandkom melh go mohhkom, tahsbu li l-finanzi jippermettu li nahlu 40 miljun f’kowc mkecci? U lil min iggibu bhalissa? Lil oranzo kana??! U x’ha jaghmel? Mirakli ta’ fatima?! Jekk issa zdiedu l-problemi morali ukoll!

Kunu ftit realistici u ma’ nghidux cucati! L-imgieba tal-players diga bdiet turi li bdew it-triq tal-harba ha nitilqu l’hemm ghax minghajr ewropa u f’dan l-ambjent kwazi kulhadd ser idabbar rasu voldiri inutli nitolbu ghat-tkeccija ta’ cikku u peppu.

#FORZAJUVEDEJJEM

Vlahovic, Pogba u De Sciglio lura għal-logħob

Illum Juventus se jkollhom lura lil Pogba, Vlahovic u De Sciglio. Vlahovic ilu ħafna nieqes u kien tilef bosta partiti qabel il-waqfa għat-Tazza tad-Dinja. Pogba u De Sciglio ilhom barra staġun sħiħ. Issa t-Tlieta li huma rkupraw u se jkunu jistgħu jilagħbu biċċa kontra Monza.

Mill-banda l-oħra se jkunu neqsin Chiesa (affaticamento muscolare) u Cuadrado (għandu x-xatka). Allegri ħabbar ukoll li Bonucci għadu lura milli jirkupra mill-injury tiegħu.

Matthew Scerri

Id-dettalji tat-trasferiment ta’ McKennie ma’ Leeds United

Weston McKennie llum se jkun qed jagħmel it-testijiet mediċi qabel jiffirma l-kuntratt ma’ Leeds United. Hu se jingħaqad magħhom b’self b’Leeds ikollhom id-dritt li jixtruh għal kollox fis-sajf għal 34 miljun Ewro. Id-dritt isir obbligu jekk Leeds ma jisfgħux delegati u McKennie jilgħab minn tal-inqas 10 partiti. Is-self se jkun imħallas 1.5 miljun Ewro. McKennie se jkun qed jaqla’ 4 miljuni fis-sena.

Matthew Scerri

Juventus aċċettaw l-offerta għal McKennie skont Allegri

Weston McKennie wasal fi tmiem l-avventura tiegħu ma’ Juventus. Allegri spjega li mhux se jkun mgħajjat għall-partita t’ghada kntra Monza minħabba raġunijiet marbuta mas-suq tat-trasferimenti. Żied li jidhirlu li Juventus laħqu ftehim mal-klabb xerrej (fl-aħħar jiem issemmew ħafna Leeds). Irridu issa naraw jekk McKennie huwiex se jaċċetta l-offerta li waslitlu.

Matthew Scerri