Rebħa taż-żgħażagħ

Wara l-partita tal-bierah kontra Lecce tela aktar bic-car kemm huwa l-kaz illi fil-futbol jrid ikollok il-kuragg li tintroduci zghazagh li jkunu jidhru li ghandom personalita, determinazzjoni, u fuq kollox il-kapacita li jilghabu f’certa livelli. Jidher bic-car kemm il-kowc f’dan il-bidu tal-istagun kemm huwa nieqes minn dan u tant jinsab f’konfuzjoni u ncertezza illi beza jilghab din il-karta u prefera jhares lejn l-isem u l-ucuh li rajna fejn wasluna!

Jekk nanalizzaw il-partita tal-bierah fl-ewwel taqsima ma’ rajna assolutament xejn hlief loghba medjokri u nasal nghid li anka bdejna nibzaw minn Lecce li huwa tim medjokri u fjakk specjalment fl-attakk u nistqarr nghid fortunatament ghalina ghax kieku ma nafx kien jigri.

Fit-tieni taqsima bil-bidla ta’ Fagioli flok McKennie li personalment ghadni ma’ nistax nifhem ghaliex ser jibqa jinsisti fuqu u dejjem ikun titolari, player li ghadni irrid nkun naf x’ghandu u min ghazlu biex jigi akkwistat. B’Fagioli fil-midfield it-tim ha r-ruh kemm teknikament u kemm bhala pussess u azzjonijiet fl-attakk rajna sens ta’ xi haga. Stennejt xi haga aktar minn Soule li ghalkemm ma’ kienx hazin xorta ghal kwalitajiet li ghandu setgha kien hafna ahjar kontra avversarju bhal Lecce.

Miretti kellu loghba tajba izda l-karta safra li ha kmieni fil-partita affetwatu mhux ftit. Referee li sa l-ewwel 20 minuta hareg 4 karti sofor mhux cajta!

Kif appena rega dahal Iling Junior ergajna rajna player b’sahhtu, veloci u fil-fatt minn pass tieghu gie l-gowl meraviljuz ta’ Fagioli li hafna geddilna l-memorji fil-gowls li kien jaghmel Alessandro Del Piero, kien xutt meraviljuz li halla letteralment gowler iccassat.

Naturalment tant ninsabu taht pressjoni li xorta kellna riskji li naqalaw l-gowl fejn Lecce anka laqtu l-lasta, fortunatament il-loghba inghalqet b’rebha u bi 3 punti mportanti biex nibqaw mwahhlin ma’ ta’ fuq forsi kif qed jghid Allegri la jidhol kulhadd tkun storja ohra ghalkemm ma nafx meta ser jidhol kulhadd ghaliex bqajna jidhol wiehed u jweggghu tnejn!

Kif nghid dejjem saqajna mal-art ghax problemi hemm qeghdin, gejja loghba tahraq importantissima li bhalissa tidher muntanja ghalina izda jekk inkunu kapaci jew jigri miraklu u niehdu l-massimu kontra Inter tista tkun zvolta ghal-bqija tal-kampjonat.

FORZA JUVE DEJJEM

Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Lecce-Juventus

Vlahovic u Locatelli mhux se jilagħbu. Pogba u Locatelli barra wkoll

Vlahovic u Locatelli se jkollhom jitilfu l-partita t’għada kontra Lecce. L-attakkant Serb ma rkuprax mill-injury li sofra dil-ġimgħa, filwaqt li Locatelli mhux se jilgħab minħabba raġunijiet personali.

Chiesa u Pogba ma ġewx mgħajta għall-partita kontra Lecce. Allegri spjega llum li x’aktarx anki kontra Inter se jibqgħu barra u jista’ jagħti l-każ, ghalkemm m’hemmx ċertezza, li jidħlu kontra Verona jew Lazio.

Matthew Scerri

Ara x’qal Allegri lejlet Lecce-Juventus

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Lecce

Bħal-lum fil-passat (28 ta’ Ottubru)

Il-filmat tal-lum joħodna lura għas-sena 1990 meta l-Juventus ta’ Baggio, Schillaci u Casiraghi tat erbgħa lil Inter tal-Ġermaniżi Mattheus-Brehme-Klinsmann.

Il-programm tal-partiti tat-12-il Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 29 ta’ Ottubru 2022, 3.00 p.m.
Napoli-Sassuolo: Rapuano

Is-Sibt 29 ta’ Ottubru 2022, 6.00 p.m.
Lecce-Juventus: Chiffi

Is-Sibt 29 ta’ Ottubru 2022, 8.45 p.m.
Inter-Sampdoria: Massimi

Il-Ħadd 30 ta’ Ottubru 2022, 12.30 p.m.
Empoli-Atalanta: Ayroldi

Il-Ħadd 30 ta’ Ottubru 2022, 3.00 p.m.
Cremonese-Udinese: Irrati
Spezia-Fiorentina: Massa

Il-Ħadd 30 ta’ Ottubru 2022, 6.00 p.m.
Lazio-Salernitana: Manganiello

Il-Ħadd 30 ta’ Ottubru 2022, 8.45 p.m.
Torino-Milan: Abisso

It-Tnejn 31 ta’ Ottubru 2022, 6.30 p.m.
Verona-Roma: Sacchi

It-Tnejn 31 ta’ Ottubru 2022, 8.45 p.m.
Monza-Bologna: Pairetto

Matthew Scerri