Bħal-lum fil-passat (18 ta’ Settembru)

Illum jaħbat it-62 anniversarju minn meta Juventus għelbu lil Fiorentina fil-Finali u kisbu r-raba’ Coppa Italia fl-istorja tagħhom. L-iskor tal-partita kien ta’ 3-2 bil-gowls Bianconeri jkollhom il-firma ta’ Charles (2) u awtogowl ta’ Orzan.

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Monza

Il-plejers mgħajta minn Allegri għall-partita kontra Monza huma:

Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Perin.
Difensuri: De Sciglio, Bremer, Danilo, Gatti, Bonucci, Rugani, Barbieri.
Plejers ta’ nofs il-grawnf: McKennie, Kostic, Miretti, Paredes, Fagioli, Barrenechea.
Attakkanti: Vlahovic, Kean, Di Maria, Soulé, Iling-Junior.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (17 ta’ Settembru)

Inkomplu bis-sensiela ta’ partiti mill-passat. Illum se nwasslulkom filmat ta’ partita tat-Tazza taċ-Champions tas-snin Tmenin. Fis-17 ta’ Settembru 1986 il-holders Juventus għelbu lil Valur bl-iskor ta’ 7-0. Fost l-oħrajn kellna hattrick ta’ Laudrup.

Indifendibbli

Sfortunatament ilbierah kelli nassisti direttament fl-istadium ghad-disfatta u kollass kolossali li kellna kontra l-benfica.

Kwazi kwazi lanqas nixtieq naghmel analizi fuq il-partita ghaliex nirrepeti d-diskors li dejjem ktibt fl-artikli ta’ qabel. Izda nkun nixtieq nara l-oppinjoni taghkom fil-kummenti.

Nista nassigurakom illi meta tara l-loghba mit-televizjoni tara l-problemi tattici li hemm fit-tim izda meta issegwi direttament u tara l-loghba spjegata u mqassma fil-pitch irrealizzajt kemm fejn timijiet ohra lanqas ghandna ideja ta’ sistema tattika u nuqqas ta’ idejat fil-players taghna. Bhas-soltu l-ewwel 20 minuta konna tajbin hafna; wasal il-goal mal-ewwel u bhas-soltu wara l-ewwel 30 minuta t-tim letteralment waqaf fejn benfica bdew hergin u dejjem gejjin minn kull parti tal-pitch sakemm wasal il-penalty fi tmiem l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima flok hrigna ahna determinati u nippressaw halli ngibu r-rizultat li tant kien jiswa lbierah, benfica tawna lezzjoni ohra ta’ futbol u gmiel ta’ loghob fost heffa mal-linji u dominju fil midfield. Ma’ niddejjaqx nghid li hinijiet minnhom tant konna iddominati li bdejna naqaw fir-redikolu ghaliex benfica bdew letteralment idawruna minn naha ghal ohra tal-pitch u jiddominawna f’nofs il-grawnd u jaslu facilment ghax xuttijiet illi li kieku ma’ kienx Perin f’vena tajba kieku l-iscore kien akbar.

Nigi ghat tibdil li ghamel Allegri u niddejjaq ghaliex illum titkellem fuq Amllegri qisek kif jghidu t-taljani tispara fuq il croce rossa. L-akbar assurdita kienet li qala l-aqwa attakant li kellna, Milik meta Vlahovic kien letteralment inezistenti u xorta ma kontx naqla l ebda attakkant la riedna l-goal. Imbaghad xi nghidu ghad-dhul ta De Sciglio? Wiehed mill-aktar players inutli, skars u bezzej li hemm fit-tim fejn letteralment ma sewa ghalxejn u gie umiljat mill-winger ta’ benfica. Iz-zejt tiela f’wicc l ilma u jekk innutajtu mad-dhul ta’ Di Maria letteralment hinijiet beda jaqbad il-ballun u jinjora lil kulhadd; jaqbez l-players wahdu ghaliex jaf li madwaru ma hemm kwalita ta’ xejn. Imbaghad xi nghidu ghal-filmat ta’ tmiem il-loghba li nqabad jghid lil Milik ghaliex qala lilek?! U dan fakkarni fil-famuza espressjoni ta’ Tevez KAGON! Bezzej! Indirizzata lil Allegri!

Il problema hija serja u nghid bl-akbar responsabilta bhala supporter kbir Juventin li kieku Allegri huwa bniedem responsabli lbierah kien jidhol u joffri r-rizenja tieghu. Ma noqodux nistahbaw wara skuzi tal-injuries fejn dawn ukoll fihom x’tiddiskuti imma nkella ma’ nispiccaw qatt.

Il-problema biex nkun car maghkom m’hiex Allegri biss imma gejja ukoll mis-socjeta li letteralment tilfet kull direzzjoni u m’hiex wahda li taf kif ghanda tahdem, voldiri l-pala u l-ixkupa trid tibda l-ewwel minn fuq nett.

Tistennewx li Allegri ser jitkecca jekk almenu ma’ jkollnix kollas iehor kontra l-monza. Imma hadd ma’ ghadu jista jibqa jiddefendi l-indifendibbli u jinnega l-evidenza fiex gabuna dawn l-inkompetenti li tajbin biss biex jistmaw lis-supporters ta’ numru; nghollu l-biljetti tal-partiti u nkeccu s-sapport mill-istadium u r-rizultat bdew jarawh fil-bahh tal-istadium u l-monotonijja tas-sapport, ezatt bhalom bahh. Inkompetenti u suppervi…Barra kollha minn fuq s’isfel!

FORZA JUVE DEJJEM

Rabiot, Locatelli u Sandro għadhom ma rkuprawx

Illum Rabiot, Locatelli u Alex Sandro reġgħu ma ttrenjawx mal-bqija ta’ sħabhom. Dan ifisser li għadhom ma rkuprawx mill-injury tagħhom. Jekk għada jerġgħu ma jittrenjawx, allura ikun żgur li se jitilfu Monza-Juventus.

Matthew Scerri

Memorji Bojod u Suwed (2) – Valletta vs Juventus ġewwa Ta’ Qali (1987)

Jien u nikteb dan l-artiklu ma setgħetx ma toħroġlix demgħa ta’ rikordju u ferħ hekk kif dan l-avveniment jfakkarni mal-ewwel darba li ltaqjt ‘live’ mal-Vecchia Signora. Dan kien għal logħba bejn Valletta u Juventus.

Kien is-16 ta’ Settembru 1987. Sħana qalila ta’ tmiem is-Sajf. Dik l-umdita’ u tidlik li s-Settembru Malti jaf x’jsarraf. Il-grawnd Nazzjonali ta’ Ta’ Qali ma kienx għadu mgħammar bid-dawl artifiċjali u għalhekk il-Juventus għat-tieni żjara uffiċjali ġewwa pajjiżna wara li kienu daqu iż-żrar tal-Gżira Stadium fl-1971 issa kellhom jippreparaw ruħhom għat-temperaturi Sajfin Maltin.

Ma kinux il-Juventus li konna mdorrijin bihom onestament. It-tim kien ġej mit-tluq ta’ Le Roi Michel Platini li wara li kellu l-agħar staġun tal-karriera tiegħu ddeċieda li jħalli l-futbol definittivament. Kien it-tieni staġun ukoll tal-kowċ Rino Marchesi li kellu jieħu l-post storiku ta’ Giovanni Trapattoni sena qabel. Fuq wara kien spiċċa wkoll Gaetano Scirea li wara snin jżomm postu fl-ewwel ħdax juventin kellu jammetti li kien wasal iż-żmien li jħalli postu għal xi żagħżugħ ieħor. Postu ħadu Roberto Tricella. U wara ftit logħbiet konna diġà ndunajna x’differenza kien hemm fl-aħħar parti tal-grawnd!

Il-logħba kienet tifforma parti mill-ewwel rawnd tat-Tazza UEFA 1987/88 u Valletta filwaqt li kienu rassenjati li joħorġu mill-kompetizzjoni hekk kmieni, ħarġu sodisfatti immens bil-polza minħabba l-gate money li setgħu jakkwistaw minn din il-partita.

Fis-2.15pm ir-referee John Martin mill-Ingilterra saffar il-bidu tal-logħba. Il-Juventus bdew hekk : : Tacconi, Favero, Cabrini, Bonini, Brio, Tricella, Mauro, Magrin, Alessio, De Agostini, Laudrup. Filwaqt li Valletta ħarġu jilgħabu b’dawn : Mifsud, Briffa, Curmi, Grioli, Laferla, Fenech, Cremona, Camilleri, Saliba, Zerafa, Taliana.

Mill-ewwel dehret is-superjorita’ tat-tim abjad u iswed b’żewġ gowls kull taqsima jagħtu lit-tim Juventin rebħa komda ta’ 4-0. Iż-żewġ protagonisti kienu (b’żewġ gowls kull wieħed) kienu Angelo Alessio u Michael Laudrup.

Pierre Bonavia


Tazza UEFA 1987-1988 – L-ewwel Rawnd, l-ewwel leg
Ta’ Qali National Stadium
L-Erbgħa 16 ta’Settembru 1987 ħin : 2.15pm
VALLETTA-JUVENTUS 0-4
Gowls : Laudrup 26, Alessio 37, Laudrup 42, Alessio 70
VALLETTA : Mifsud, Briffa, Curmi, Grioli, Laferla, Fenech, Cremona (Farrugia 82), Camilleri, Saliba, Zerafa, Taliana (Busuttil 52) – Kowċ : Formosa
JUVENTUS: Tacconi, Favero, Cabrini, Bonini, Brio, Tricella, Mauro (Buso 57), Magrin, Alessio, De Agostini (Vignola 46), Laudrup – Kowċ : Marchesi
Referee : John Martin (Inghilterra)