Tinfetaħ is-sessjoni tax-xitwa tas-suq tat-trasferimenti

Illum infetħet b’mod uffiċjali s-sessjoni tax-xitwa tas-suq tat-trasferimenti. Il-klabbs tas-Serie A se jkunu jistgħu jixtru, ibigħu u jisilfu plejers sal-31 ta’ Jannar.

Min-naħa tagħhom ma jidhirx li Juventus se jkunu qed jixtru lil ħadd f’Jannar. Qed jissemma ħafna li jista’ jitlaq McKennie jekk tasal offerta ta’ madwar 35-40 miljun Ewro. Jekk McKennie verament jinbiegħ għal fis-somma, allura Juventus ikollhom il-flus biex forsi jagħmlu investiment mal-linja fejn nafu li das-sajf x’aktarx jitilqu Cuadrado u Alex Sandro.

Matthew Scerri

Party tas-sena ġdida għall-membri 2022/23

L-appuntament annwali bħala ringrazzjament mistenni mill-membri tagħna, il-Party tas-sena l-ġdida se jsir nhar il-Ġimgha 13 ta’ Jannar qabel il-partita kontra Napoli bejn 7pm u 8.30pm.

Se jkun hemm varjeta’ kbira ta’ fingerfood tal-aqwa kwalita’ ġentilmemt miġjuba mingħand Dolceria Barigozzi li huma l-catering sponsor uffiċjali tal-klabb.

IMPORTANTI li l-membri jġibu magħhom it-tessera tal-klabb.

Il-ħlas għal min għadu mhux membru se jkun ta’ €10 li jkunu jistgħu jissarfu fis-sħubija għall-istaġun li jmiss 2023/24.

Narawkom!

Bħal-lum fil-passat (31 ta’ Diċembru)

Is-sena 1988 kienet intemmet b’Derby della Mole fejn Juventus għelbu lil Torino 1-0 b’gowl ta’ Altobelli.

Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Standard Liegi

Illum Juventus-Standard Liegi

Illum fis-2.30 ta’ waranofsinhar Juventus se jkunu qed jilagħbu l-aħħar partita ta’ ħbiberija għas-sena 2022. L-avversarji se jkunu Standard Liegi. Il-bibien se jkunu miftuħin għal kulħadd biex ikun iċċelebrat tmiem is-sena. Ta’ min jgħid li fl-4 ta’ Jannar Juventus se jkunu impenjati mill-ġdid fis-Serie A kontra Cremonese.

Matthew Scerri

Imsemmi Mac Allister ma’ Juventus, iżda…

L-aħbar tal-ġurnata, kif mogħtija minn La Gazzetta dello Sport, hi li Alexis Mac Allister qal iva għall-offerta ta’ Juventus. L-aħbar ma sabitx konferma, anzi z-ziju tal-plejer stqarr li saru jafu li Juventus huma interessati fih mill-gazzetti. Brightin qed jitolbu somma bejn 35 u 40 miljun Ewro għalih. Jidher li hemm konkorrenza qawwija għalih, b’Liverpool, Tottenham, Chelsea u A.Madrid lesti jixtruh. Juventus, mill-banda tagħhom, ikunu jistgħu jixtru lil Mac Allister jekk ibigħu lil McKennie.

Matthew Scerri

Aktar gideb… basta jħammġu lil Juventus!

Tkompli l-kampanja ta’ gideb u tfigħ tat-tajn fuq isem Juventus… u kulħadd jibla’ kollox bla ħadd ma jiċċekkja xejn!

Każ tipiku: Walter Sabatini qal li jħossu li serqulu league meta Roma ġew it-tieni b’87 punt. Kliemu eżatt fl-intervista mogħtija lil Corriere dello Sport kien: “Mi sento defraudato. Mentre la Juve faceva quello che le viene contestato, io perdevo un campionato a Roma con 87 punti”.

Issa tajjeb ngħidu li Roma ġabu 87 punt fil-istaġun 2016/17 filwaqt li l-inkjesta Prisma hi bbażata fuq is-snin 2019-2021. Barra minn hekk Sabatini kien irriżenja mit-tim ta’ Roma fil-bidu ta’ Ottubru 2016!

Temmnu xejn minn dak li qed taqra u tisimgħu, ħbieb! U l-Juventus hemm bzonn iqumu mir-raqda tagħhom u jibdew ifittxu għad-danni lil nies bħal Sabatini, Ziliani, Moratti u oħrajn li xebgħu jxerrdu gideb għalxejn!!

Matthew Scerri