Bħal-lum fil-passat (24 ta’ Settembru)
Lura għas-sena 1958, meta proprju fl-24 ta’ Settembru Juventus laqgħu f’darhom lil Wiener Sport-Club fit-Tazza taċ-Champions. Dakinhar il-Bianconeri rebħu 3-1 b’hattrick ta’ Sivori.
Lura għas-sena 1958, meta proprju fl-24 ta’ Settembru Juventus laqgħu f’darhom lil Wiener Sport-Club fit-Tazza taċ-Champions. Dakinhar il-Bianconeri rebħu 3-1 b’hattrick ta’ Sivori.
Immorru lura għas-sena 1985 meta Juventus għelbu f’darhom lil Pisa 3-1 b’doppjetta ta’ Serena u gowl ta’ Laudrup.
Il-futur ta’ Allegri bħala kowċ ta’ Juventus jibqa’ mill-aktar inċert. Uffiċjalment il-klabb ma ħareġ ebda stqarrija u ma nafux eżattament x’qed jiġri. Nafu biss li qabel il-partita ta’ Monza Arrivabene stqarr li tkun gennata li jitkeċċa Allegri. Wara t-telfa kontra Monza, kien hemm skiet totali min-naħa ta’ Juventus u dan qed jagħti lok għal ħafna għidut u spekulazzjonijiet. Sal-bieraħ kien qed ikun irrapurtat mill-gazzetti li wara laqgħa bejn id-diriġenti, Andrea Agnelli ċempel lil Allegri biex jgħarrfu li kien ikkonfermat bħala kowċ ta’ Juventus. Dan minkejja li, dejjem skont dawn ir-rapporti, Nedved ried li Allegri jitkeċċa. Issa l-affarijiet jidher li nbidlu peress li llum qed ikun irrapurtat li d-deċiżjoni dwar jekk Allegri huwiex se jitkeċċa jew le se tittieħed nhar il-Ġimgħa waqt il-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi.
Tgħid il-verita’ x’inhi?
Matthew Scerri
Komplessivament fl-istorja ta’ Juventus insibu 19-il partita bejn kampjonat, Coppa Italia u Tazza tal-Fieri li Juventus lagħbu fil-jum tal-21 ta’ Settembru. F’dawn id-19-il konfront kellna 12-il rebħa Juventina, 5 draws u 2 telfiet. L-ewwel partita li qatt intlagħbet mill-Bianconeri fil-21 ta’ Settembru kienet Juventus-Sampdoria 4-1 tal-kampjonat fl-1947. Hawn taħt tistgħu ssibu l-filmat bl-aqwa siltiet ta’ dik il-partita.
Angel Di Maria ġie sospiż għal żewġ partiti wara li tkeċċa lejn tmiem l-Ewwel Taqsima tal-partita kontra Monza. Hu se jitlef il-partiti kontra Bologna u Milan.
Matthew Scerri
Filmat tassew rari tat-Tazza taċ-Champions tal-1961 għas-sensiela tagħna li ġġib l-isem ta’ “Bħal-lum mill-passat”. Fl-20 ta’ Settembru 1961 Juventus lagħbu barra minn darhom kontra Panathinaikos. Il-partita ntemmet 1-1. Il-gowl ta’ Juventus kellu l-firma ta’ Mora.