Aġġornament dwar l-injury ta’ Pogba. S’issa kollox miexi sew
Fl-aħħar ġimagħtejn ma kellna ebda stqarrija uffiċjali min-naħa ta’ Juventus dwar kif sejjer Pogba bit-terapija li qed jingħata. Nafu li qed isegwi programm ta’ fiżjoterpija f’pixxina. Sorsi qrib il-klabb Juventin, liema sorsi però mhumiex sostanzjati minn aħbarijiet realment uffiċjali, qed isostnu li t-trattament qed iħalli l-effett mixtieq. Pogba m’għadux iħoss uġigħ u daqt se jkun jista’ jgħaddi għall-fażi li jmiss fejn se jkun jista’ jerġa’ jibda jiġri bil-mod il-mod fil-grawnd. Il-pjan hu li jkun jista’ jilgħab kontra Salernitana fil-11 ta’ Settembru. Nerġgħu ngħidu li dawn mhumiex aħbarijiet uffiċjali 100%, għalkemm ġejjin minn persuni li huma xi ftit jew wisq infurmati u li għandhom rabtiet ma’ persuni li jaħdmu fi ħdan Juventus. Ta’ min jgħid ukoll li l-esperti kienu mil-ewwel sostnew li t-terapija se jkollha effett pożittiv fl-immedjat, għalkemm il-meniscus ta’ Pogba se jibqa’ maqsum u minkejja li jitlaq l-uġigħ, xorta hemm riskju kbir li f’xi ħin l-uġigħ jerġa’ jfeġġ bil-konsegwenza li Pogba jkollu jiġi operat. Nittamaw li dan ma jkunx il-każ ta’ Pogba.
Matthew Scerri
Min jista’ jitlaq min-nofs il-grawnd Juventin
Diversi plejers fin-nofs il-grawnd ta’ Juventus mhumiex ċerti li finalment se jibqgħu tassew ma’ Juventus. Nafu li Rabiot mhux se jkun qed jingħaqad ma’ Manchester United. Juventus kienu qed jittamaw li jbigħuh sabiex jagħmlu l-wisa’ għal Leandro Paredes. Il-midfielder ta’ PSG hu objettiv ewlieni biex jissaħħaħ nofs il-grawnd ta’ Juventus u għaldaqstant jista’ jkun li, f’każ ta’ offerta tajba, Juventus jagħżlu li jbigħu lil Zakaria jew McKennie bil-għan li jkunu jistgħu jiffirmaw lil Paredes. Fil-verità s’issa ma nafux li kien hemm offerti tajbin wisq għat-tnejn li huma, għalkemm spiss smajna li Tottenham huma interessati ferm f’McKennie. Barra minn hekk it-tnejn li huma s’issa urew li jgawdu mill-fiduċja sħiħa ta’ Allegri. ta’ min isemmi mbagħad li hemm Arthur, plejer li mhuwiex fil-pjanijiet ta’ Allegri, imma jiswa wisq għall-ftit klabbs li urew l-interess li jiksbu s-servizzi tiegħu. F’dan l-istadju kollox jindika li Arthur mhux se jkun jista’ jitlaq lil Juventus das-sajf, dejjem sakemm ma tinqalax xi offerta xi ftit jew wisq konvenjenti għal kulħadd fl-aħħar jiem tas-suq tat-trasferimenti.
F’dak li għandu x’jaqsam maż-żgħar, l-indikazzjonijiet huma li l-plejer li l-aktar ikkonvinċa lil Allegri hu Miretti. Fagioli wkoll mistenni jibqa’ ma’ Juventus, għalkemm Cremonese u Sampdoria kemm-il darba ħabbtu l-bieb ta’ Juventus biex jiksbu lill-midfielder Taljan b’self. Rovella, imbagħad, hu dejjem iktar probabbli li jingħaqad b’self ma’ Monza.
Matthew Scerri
Bħal-lum fil-passat (18 ta’ Awwissu)
Fl-2013 proprju bħal-lum Juventus kienu għelbu lil Lazio 4-0 fil-Finali tas-Super Cup Taljana. Dakinhar għal Juventus kienu skurjaw Pogba, Chiellini, Lichtsteiner u Tevez.
Bidu pozittiv
L-ewwel partita ta’ dan l-istagun halliet hafna affarijiet pozittivi fejn rajna wirja pjuttost tajba mit-tim Juventin.
Naturalment kien hemm stennija biex wiehed jara l-akkwisti l-godda kemm ser jincidu fl-iskwadra biex it-tim jaghmel progress mill-istagun li ghadda.
Ma’ hemmx ghalfejn nghidu li kif stennejna kollha Angel di Maria ghamel impatt kbir u mal-ewwel wera li huwa player ta’ klassi u leader kif tixhed il-karriera mimlija rebh u unuri tieghu. Kien determinanti tul il-loghba kollha fejn rajnih letteralment f’kull parti tal-pitch sahansitra jinzel jghin id-difiza u dan jurik kemm hu umli u ghad disposizzjoni tat-tim. Skurja gowl spettakolari fejn bidel letteralment lit-tim ghaliex sa dak il-hin ma’ konniex brillanti anzi Sassuolo kienu aktar perikoluzi.
Nigi ghal Bremer fejn jidher li dan ser ikun akkwist fenomenali, assolutament koncentrat tul il-loghba kollha b’marking strett, johrog bil-ballun bi trankwillita kbira u minghajr ma’ jiehu ebda riskju, kif jghid il-malti kull deni hudu b’gid ghaliex wara t-tluq ta’ De Ligt nazzarda nghid mhux biss irreplejsjajnih izda gie akkwistat player hafna aqwa u aktar b’sahhtu fid-difiza. Impressjonani kemm kien trankwill il-loghba kollha minkejja li kienet l-ewwel loghba ghalih u f’posizzjoni differenti milli kien jilghab.
Hadt pjacir nara z-zghazagh jigu integrati bhal Rovella u Miretti li minhabba l-injuries li hemm ghandom ic-cans juru l-potenzjal taghhom. Ghogobni ferm Rovella li dahal u wera personalita ukoll jidher illi gab certu esperjenza kemm dam imsellef u seta jilghab ammont ta’ loghob fis-serie a.
Xi haga li nittama li titjieb hija l- fizika, veru li ghadu kmieni izda certa mumenti rajt t-tim wieqaf letteralment bhal ma’ konna naraw is-sena l-ohra. Nispera li hija xi haga mumentarja.
Fl-ahhar nett, hasbitni ukoll il-bosta injuries li kellna diga u wisq nibza li gejja mil-preparazzjoni u l-mod kif qed issir. Miniex tabib u lanqas irrid niggudika pero qed naraw wisq injuries ta’ l-istess jew simili f’kull player. Nispera li ma’ jibqax jigri hekk ghaliex bdejna naraw player wara iehor waqt il loghba jieqfu u jkollom jinbidlu.
Naghlaq billi nghid nzommu saqajna ma’ l-art, anka ahna s-supporters ma’ nhallux l-ewforija titla ghal rasna. It-tim jidher tajjeb izda t-triq hija twila u difficli.
FORZA JUVE DEJJEM
Filmat: Insiru nafu lil Tommaso Mancini
Juventus jidhru li kisbu l-attakkant ferm promettenti ta’ Vicenza, Tommaso Mancini. Dal-filmat jgħinna nibdew insiru nafu xi ftit.
Il-programm tal-logħob tat-2 Ġurnata tas-Serie A
Is-Sibt 20 ta’ Awwissu 2022, 6.30 p.m.
Torino-Lazio: Piccinini
Udinese-Salernitana: Aureliano
Is-Sibt 20 ta’ Awwissu 2022, 8.45 p.m.
Inter-Spezia: Ghersini
Sassuolo-Lecce: Colombo
Il-Ħadd 21 ta’ Awwissu 2022, 6.30 p.m
Empoli-Fiorentina: Marchetti
Napoli-Monza: Fourneau
Il-Ħadd 21 ta’ Awwissu 2022, 8.45 p.m.
Atalanta-Milan: Maresca
Bologna-Verona: Marcenaro
It-Tnejn 22 ta’ Awwissu 2022, 6.30 p.m
Roma-Cremonese: Massimi
It-Tnejn 22 ta’ Awwissu 2022, 8.45 p.m.
Sampdoria-Juventus: Abisso
Matthew Scerri