Il-programm tat-13-il Ġurnata tas-Serie A

Il-Ġimgħa 4 ta’ Novembru 2022, 8.45 p.m.
Udinese-Lecce: Fourneau

Is-Sibt 5 ta’ Novembru 2022, 3.00 p.m.
Empoli-Sassuolo: Feliciani
Salernitana-Cremonese: Marchetti

Is-Sibt 5 ta’ Novembru 2022, 6.00 p.m.
Atalanta-Napoli: Mariani

Is-Sibt 5 ta’ Novembru 2022, 8.45 p.m.
Milan-Spezia: Fabbri

Il-Ħadd 6 ta’ Novembru 2022, 12.30 p.m.
Bologna-Torino: Giua

Il-Ħadd 6 ta’ Novembru 2022, 3.00 p.m.
Monza-Verona: Cosso
Sampdoria-Fiorentina: Marinelli

Il-Ħadd 6 ta’ Novembru 2022, 6.00 p.m.
Roma-Lazio: Orsato

Il-Ħadd 6 ta’ Novembru 2022, 8.45 p.m.
Juventus-Inter: Doveri

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (3 ta’ Novembru)

Il-filmat tal-lum joħodna lura għas-sena 1976 meta Juventus laqgħu f’darhom lil Manchester United f’partita tat-Tazza Uefa. Il-partita rat lil Bianconeri jegħlbu lir-Red Devild 3-0 bil-gowls ta’ Boninsegna (2) u Benetti.

Injury anki għal Kean

Moise Kean se jitlef il-partita tal-lejla kontra PSG minħabba injury. Ilbieraħ hu ħass uġigħ f’koxxtu u minn testijiet li sarulu llum irriżulta li għandu infjammazzjoni f’post fejn kien weġġa’ ftit taż-żmien ilu. Mhux magħruf kemm se jdum barra.

Matthew Scerri

Ara x’qalu Allegri u Cuadrado lejlet il-partita kontra PSG

Bħal-lum fil-passat (1 ta’ Novembru)

Bħal-lum fl-1992 Juventus kienu kisbu rebħa kbira ta’ 5-1 f’darhom kontra Ancona. Fil-filmat t’hawn taħt tistgħu taraw l-aqwa siltiet ta’ dik il-partita.

Happy birthday, Juventus!

Illum jaħbat il-125-il anniversarju mit-twaqqif ta’ Juventus F.C. Tradizzjonalment id-data tal-1 ta’ Novembru 1897 hi meqjusa bħala l-jum li fih twaqqaf il-klabb Juventin minn grupp ta’ ħbieb li kienu jattendu l-Liceo Massimo D’Azeglio f’Turin. Nafu li dawn il-ħbieb kienu ilhom jiltaqgħu u jipprattikaw flimkien diversi tipi ta’ sports, fosthom anki l-futbol li ddaħħal fl-Italja proprju minn xi nies minn Turin li kienu marru jgħixu u jaħdmu l-Ingilterra ftit tas-snin qabel. Fl-1897, l-istudenti tal-Liceo Massimo D’Azeglio, flimkien mal-aħwa Canfari u xi ħbieb oħra, waqqfu uffiċjalment il-Juventus Sports Club, li biż-żmien sar il-Juventus Football Club.

Matthew Scerri