REBHA FUQ ID-DIFFIKULTAJIET
Fil-marassi ta’ genova qatt ma’ kellna partiti facli, wisq aktar dik li ghadna kemm irbahna biex gibna t-tieni rebha minn zewg loghbiet f’dan il-bidu tal-kampjonat.
Kif ghidt ma’ kinitx partita facli u ghalkemm genoa ma’ kienux ta’ xi periklu kbir, l-intensita u l-agressivita taghhom taghtna mhux ftit problemi. Minn naha taghna bil-kontra ma konna xejn agressivi u rajna l-istess zbalji tas-soltu f’passes hziena, konfuzjoni fil-loghob u fl-opinjoni tieghi anka nuqqas ta’ koncentrazzjoni.
Konna perikoluzi biss fl-ahhar mumenti ta’ l-ewwel taqsima b’xutt first timer ta’ Gatti u save tajjeb u sabih tal-gowler ta’ genoa Leali. Kellna cans iehor pratikament b’lasta vojta izda Jonathan David li ukoll kellu loghba kwieta falla inkredibilment b’lasta vojta.
Fit-tieni taqsima ergajna hrigna hazin u genoa komplew b’loghob agressiv u veloci. Tudor iddecieda li jaghmel tlett tibdiliet f’daqqa u kienet il-mossa li bidlet il-partita ghaliex akkwistajna naqra frekezza fil-midfield u Vlahovic ghal kuntrarju tas-soltu zamm bosta blalen biex tella lit-tim u zammejna l-avversarji l-boghod mil-kaxxa taghna.
Filfatt wasal il-gowl li taghna l-vantagg u rebha mportanti minn corner ta’ Conceicao u daqqa ta’ ras ta’ Dusan Vlahovic li tant kritikajna bir-ragun u ridnih jhalli lilJjuventus illum qabel ghada, imma l-futbol ghalhekk sabih ghax l-affarijiet jinbidlu f’hakka t’ghajn. Jista jkun ukoll li Vlahovic kellu bzonn aktar kompetizzjoni ghal postu fl-iskwadra li timmotivah biex jaghti aktar u jiggieled ghal postu. Nisperaw li jibqa sejjer hekk tul l-istagun kollu.
Fadal sa ghada fighaxija biex jaghlaq il-mercato u qieghed jinghad li Zhegrova ta’ lille jinsab fi triqtu lejn torin, player li hekk hu dak li rajna kontrina stagun ilu zgur li ghandna bzonnu bhal ma’ ghandna bzonn midfielder ta’ kwalita izda zgur li ser nibqaw minghajru, filwaqt li nistennew kif ser tispicca l-istorja Kolo Muani wara sajf shih daqqa vicin u daqqa l-boghod.
Sitt punti qabel il-waqfa kienu mportanti u nehhejna certu pressjoni minn fuqna. Il-partita li jmiss kontra l-inter l-akbar ghedewwa taghna, dawk li kienu jghidu kull final jirbhuwa! U jekk tasal rebha ohra ghalina tista taghti svolta ohra lit-tim taghna. Nisperaw.
FORZA JUVE DEJJEM
L-EWWEL 3 PUNTI
Waslet l-ewwel partita ta’ l-istagun fejn wara sajf shih ta’ mercato, ftit li xejn rajna tibdil fl-iskwadra ghajr ghal Jonathan David li fetah l-iskor kontra parma u l-portugiz Joao Mario li dahal fit-tieni taqsima.
L-ewwel half tal-partita ftit li xejn rajna loghob konvincenti minn naha tat-tim taghna li ghalkemm parma qatt ma’ kienu xi perikoluzi xorta ergajna rajna certu difetti u zbalji fil-loghob u nuqqas ta’ blalen lejn l-attakanti taghna filfatt David kwazi lanqas deher fl-ewwel taqsima.
Il-midfield prattikament baqa l-istess ta’ l-istagun li ghadda u fl-opinjoni tieghi bqajna neqsin minn player ta’ kwalita li jidribilja u jitma lill-attakanti. Minflok ghadna dejjem indawru l-ballun u nittamaw li Conceicao bil-heffa tieghu jirnexxilu jiftah id-difiza avversarja, xi haga li fl-ewwel parti tal-partita zgur li ma’ rnexxitlux.
Fit-tieni taqsima rajt Juventus differenti, aktar determinata aktar agressivi u nafu xi irridu u forsi parma fizikament majnaw hafna wara l-giri li grew fl-ewwel parti tal-loghba. U la semmejt il-fizika kif ghidt bqajna sa l-ahhar bil-kontra ta’ staguni ohrajn fejn konna nbattu mhux ftit, nispera li fl-ahhar wara hafna snin naraw skwadra atletikament tajba.
Wasal l-ewwel gowl fid-debut tieghu ta’ David li ta’ attakant tal-kaxxa minn assist ta’ Yildiz tefa gox-xibka b’xutt bil-genb ta’ siequ, nisperaw li dan il-player ikun dak l-attakant li ilna nistennew nghid jien minn wara Higuain!
Ma’ nistax ma’ nsemmix it-tkeccija assurda u stupida ta’ Andrea Cambiaso li bhas-soltu wara li kellu partita mimlija traskuragni u tqassim riskjuz u hazin, halla lil shabu b’ragel nieqes fejn kien fadal ghaxar minuti bil-parma li kienu ghadom fil-partita. Fortunatament wasal it-tieni gowl minn Dusan Vlahovic li jinsab b’sieq u nofs barra minn Juventus li ghalaq il-partita u serrahna bil-kbir wara l-hmerija li ghamel Cambiaso.
Fadal gimgha biex jaghlaq il-mercato, x’ser jigri bhalkom ma nafx ghaliex is-socjeta zgur li mhux ser tohrog flus kbar, li hu zgur li qabel tittiehed decizjoni fuq Vlahovic nispera li jkollom attakant iehor validu f’idejom ghaliex l-ammont ta’ partiti li ser ikollna tul l-istagun jerga jigrilna bhal l-istagun li ghadda nfittxu u ma’ nsibux.
Is-sitwazzjoni Kolo Muani niddiskrivija tal-biki, sajf shih ma’ naslux ghal ftehim ma’ PSG , nghid ukoll li jekk vera t-talba hija ta’ 65 miljun jiddispjacini nghid li huma wisq ghal player li vera qdiena izda personalment ma’ jiswix dawk il-miljuni kollha, dmir id-dirigenti li jsibu ftehim b’ghaqal u kapacita!
Nisperaw li wara dan il-bidu pozittiv nkomplu nibnu ghal quddiem u nissudaw l-iskwadra ghal stagun twil u difficli.
FORZA JUVE DEJJEM













