Bħal-lum fil-passat (3 ta’ Novembru)

Il-filmat tal-lum joħodna lura għas-sena 1976 meta Juventus laqgħu f’darhom lil Manchester United f’partita tat-Tazza Uefa. Il-partita rat lil Bianconeri jegħlbu lir-Red Devild 3-0 bil-gowls ta’ Boninsegna (2) u Benetti.

Injury anki għal Kean

Moise Kean se jitlef il-partita tal-lejla kontra PSG minħabba injury. Ilbieraħ hu ħass uġigħ f’koxxtu u minn testijiet li sarulu llum irriżulta li għandu infjammazzjoni f’post fejn kien weġġa’ ftit taż-żmien ilu. Mhux magħruf kemm se jdum barra.

Matthew Scerri

Ara x’qalu Allegri u Cuadrado lejlet il-partita kontra PSG

Bħal-lum fil-passat (1 ta’ Novembru)

Bħal-lum fl-1992 Juventus kienu kisbu rebħa kbira ta’ 5-1 f’darhom kontra Ancona. Fil-filmat t’hawn taħt tistgħu taraw l-aqwa siltiet ta’ dik il-partita.

Happy birthday, Juventus!

Illum jaħbat il-125-il anniversarju mit-twaqqif ta’ Juventus F.C. Tradizzjonalment id-data tal-1 ta’ Novembru 1897 hi meqjusa bħala l-jum li fih twaqqaf il-klabb Juventin minn grupp ta’ ħbieb li kienu jattendu l-Liceo Massimo D’Azeglio f’Turin. Nafu li dawn il-ħbieb kienu ilhom jiltaqgħu u jipprattikaw flimkien diversi tipi ta’ sports, fosthom anki l-futbol li ddaħħal fl-Italja proprju minn xi nies minn Turin li kienu marru jgħixu u jaħdmu l-Ingilterra ftit tas-snin qabel. Fl-1897, l-istudenti tal-Liceo Massimo D’Azeglio, flimkien mal-aħwa Canfari u xi ħbieb oħra, waqqfu uffiċjalment il-Juventus Sports Club, li biż-żmien sar il-Juventus Football Club.

Matthew Scerri

Filmat: Gowls mill-passat fl-1 ta’ Novembru