Paredes isofri injury muskolari

Leandro Paredes se jkollu jibqa’ wieqaf għal madwar ġimaghtejn wara li sofra injury muskolari waqt it-training. L-injury mhuwiex gravi skont ir-riżultati miksub minn testijiet mediċi li sarulu. Wieħed irid jara jekk Paredes huwiex se jirnexxielu jidħol lura fl-azzjoni qabel il-waqfa għat-Tazza tad-Dinja.

Matthew Scerri

Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Empoli

Cinch bag mas-sħubija fil-Fan Club

Dan l-istaġun 2022/23 il-JOFC ħasbu biex jagħtu rigal zghir lil kull min għażel li jirreġistra fil-Fan Club.

Għaldaqstant kull min hu intitolat għal wieħed jista’ jżur l-uffiċju tal-Club jew jibgħat rappreżentant tiegħu sabiex jiġbru f’ismu kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis mis-6.30pm sat-8pm jew minn siegħa qabel kull partita ta’ Juventus.

Grazzi

Bħal-lum fil-passat (19 ta’ Ottubru)

Bi pjaċir illum qed inġibulkom filmat ta’ partita tas-Serie li tmur lura għas-sena 1952. Dakinhar Juventus kienu għelbu lil Udinese bl-iskor ta’ 4-0.

Filmat: Pogba lura għat-training