Magħrufa d-dati tal-partiti taċ-Champions League

teun

Idoli Juventini Ġodda – Teun Koopmeiners

Permezz ta’ filmat meħud miċ-Channel Uffiċjali ta’ Juventus nagħtu merħba lil akkwist il-ġdid tagħna Teun Koopmeiners.

Il-plejer ta’nofs-il grawnd olandiż wasal mingħand Atalanta għas-somma ta’ aktar minn ħamsin miljun ewro esklużi bonuses varji.

 

francisco

Idoli Juventini Ġodda – Francisco Conceição

Permezz ta’ filmati u ritratti meħuda minn internet nagħtu nagħtu merħba lil akkwist ġdid ta’ Juventus – Francisco Conceição

 

 

 

May be an image of 1 person and text

 

Prev 1 of 1 Next
Prev 1 of 1 Next

 

 

 

 

 

Idoli Juventini Ġodda – Nico Gonzalez

Permezz ta’ filmati u ritratti meħuda minn internet nagħtu nagħtu merħba lil akkwist ġdid ta’ Juventus – Nicolas ‘Nico’ Ivan Gonzalez

 

 

May be an image of 1 person, playing football, playing American football and text

 

Prev 1 of 1 Next
Prev 1 of 1 Next

IT-TIENI REBHA

Waslet it-tieni partita u waslet it-tieni rebha ghalina l-Juventini. Zgur li l-loghbiet kontra Verona gewwa l-bentegodi qatt ma’ jkunu facli u wisq aktar din, ghalkemm ir-rizultat jista jqarraq bik u jtik impressjoni ta’ partita facli.

Kif kien mistenni Verona kienu aggressivi mil-bidu tal-partita izda nistghu nghidu li qatt ma’ kienu ta’ xi periklu ghad difiza Juventina u filfatt l-ewwel azzjoni li kellom ta’ periklu waslet wara 82 minuta b’save tajjeb ta Di Gregorio li bhal kontra Como ftit kellu x’jaghmel.

Izda nigi ghat-tim taghna u ghal konferma li rega kellna kif ktibt il-gimgha l-ohra ta’ arja u mentalita gdida ghalkemm jekk qed tinnotaw hafna players mill-ewwel hdax huma prattikament players tas-sena l-ohra specjalment fil-midfield fejn kellna neqsin lil Thuram u Timothy Weah. Izda l-kuragg u l-personalita li qed juri Thiago Motta f’bosta zaghzagh fosthom Savona li anka skurja t-tieni gowl u kellu iehor mhassar hija xi haga li ftit rajniha dawn l-ahhar snin. Ma’ nistax ma’ nsemmix lil Mbangula li rega kellu partita ohra tajba u sar il-penalty fuqu li bih serrahna rasna minn rebha, u xi nghidu ghal Yildiz li ghalkemm immarkat strett tul il-partita kollha, laghab ghat-team u ghin hafna lil midfield. Innotajt il-mentalita soda li dahlet fid-difensuri u l-mod li nilghabu fast meta jkun hemm bzonn u nikkalmaw il-loghob meta jkollna bzonn nibzghu ghan-nifs u din turi kemm diga sar xoghol siewi ma’ dawn il-players.

Kif dejjem nghid saqajna mal-art ghax it-triq twila u zgur li ser ikollna loghbiet aktar impenjattivi izda nerga ntenni li kellna konfermi wara l-ewwel loghba li hafna sapporters ta’ timijiet ohra qalulna u iva mal-Como laghbtu ta! Issa laghbna mal-Verona li gimgha ilu taw 3 lil Napoli u tidwira kbira. Ninnota wkoll dak li qed naraw minn timijiet ohra li suppost kellhom ikunu l-anti Inter bhal Milan ezempju li minn zewg loghbiet serqu dro kontra Torino u qalaw tidwira minghand il-Parma, voldiri ahna wara dak it-tibdil kollu u bl-akkwisti l-godda li prattikament ghadhom ma’ ddebutawx diga ghamilna progress kbir.

Issa ghandna gimgha cans fejn nistghu nintegraw l-akkwisti l-godda bhal Nico Gonzales u Conceicao u nistennew li tintemm it-telenovela Koopmeiners u la gejt ghalija nahseb bhali innotajtu li fl-Italja mhux fil-federazzjoni biss ghandna hsara u ghodju kbir lejna, izda anka minn certu klabbs bhal Atalanta, Bologna u Fiorentina li jaghmlu minn kollox biex players ma’ jbijawhomx lil Juventus u dik turi kemm hu profond l-ghodju u l-hdura lejna.

Izda ahna ma’ mmutu qatt u b’sahhitna aktar minn dan kollu, nistennew it-tielet partita kontra Roma ghal aktar konfermi.

Sadanittant FORZA JUVE DEJJEM

Bħal-lum fil-passat (27 tá Awissu 2016)

Il-partita mil-passat li se nfakkrukom llum biha ntlagħbet fil-grawnd ‘Olimpico‘ ta’ Ruma fis-27 tá Awissu 2016. Din il-logħba kienet valida għat-tieni ġurnata tal-Kampjunat tas-Serie A 2016-17.

Il-Bianconeri b’ Massimiliano Allegri fit-tmun reġaw bdew l-istaġun fil-pole position biex jirbħu kampjonat ieħor. U fil-fatt fit-tmiem tiegħu wasal is-sitt scudetto konsekuttiv u t-tielet fuq il-bank ta’ Juventus għall-kowċ minn Livorno.

Min-naħa l-oħra hemm il-Biancocelesti li lagħbu staġun mill-aqwa u kisbu pjazzament final tajjeb fil-ħames post li fetħilhom il-bibien għall-UEFA Europa League .

Grazzi u komplu segwuna fuq
Is-sit tal-klabb tagħna

 

 

Stagione 2016/17 – Serie A – It-tieni ġurnata
Sabato 27 ta’Awissu 2016 ore 18.00
Roma, Stadio Olimpico
LAZIO-JUVENTUS 0-1
Gowl: Khedira 66′

LAZIO (3-4-3) Marchetti; Bastos, De Vrij, Radu; Basta (71′ Djordjevic), Biglia, Parolo, Lukaku (63′ Patric), Anderson, Immobile, Lulic (58′ Milinkovic)
Sostituti: Strakosha, Vargic, Hoedt, Wallace, Leitner, Cataldi, Murgia, Kishna, Lombardi, Djordjevic
Kowċ: Simone Inzaghi

JUVENTUS (3-5-2) Buffon; Benatia, Barzagli, Chiellini; Dani Alves (78′ Lichtsteiner), Khedira, Lemina, Asamoah, Alex Sandro; Mandzukic (65′ Higuain), Dybala (88′ Pjaca)
Sostituti: Neto, Audero, Evra, Rugani, Hernanes, Pjanic
Kowċ: Massimiliano Allegri

Referee: Guida (Torre Annunziata)
Ammoniti: Radu (L), Alex Sandro, Lemina (J)

 

andrea

alex

juve

lazio

lazio

lazio

lazio

lazio

juve

juve