PSG qatt ma għelbu lil Juventus. L-aqwa siltiet tal-konfronti kollha s’issa

Fil-kotba tal-istorja ta’ Juventus insibu s’issa tmien konfronti ma’ PSG, fosthom anki konfront doppju fil-FInali tas-Super Cup tal-Ewropa 1996-1997 li rat lil Juventus jirbħu t-tazza b’aggregate ta’ 9-2. Interessanti li s’issa PSG qatt ma rebħu lil Juventus. Fil-fatt minn tmiem partita, Juventus rebħu sitta u darbtejn oħra t-timijiet ġew draw. Komplessivament Juventus skurjaw 17-il gowl fil-konfronti ma’ PSG u sofrew biss 6 gowls. Ta’ min jgħid li dawn it-tmiem konfronti ntlagħbu kollha qabel is-sidien attwali ħadu f’idejhom it-tmexxija tat-tim Pariġin.

Il-filmati li qed inwasslulkom hawn taħt jiġbru fihom l-aqwa siltiet tat-tmiem konfronti.

Tazza tat-Tazzi 1983-84

Tazza Uefa 1989-90

Tazza Uefa 1992-93

Super Cup tal-Ewropa 1996-97

Żvelat it-tielet flokk ta’ Juventus

Illum ġie żvelat b’mod uffiċjali t-tielet flokk li Juventus se jkunu qed jużaw f’dan l-istaġun. Hu flokk b’disinn modern ħafna u magħmul kollu kemm hu minn materjali riċiklati. Il-kuluri tal-flokk huma l-blu u r-roża, żewġ kuluri assoċjati mal-istorja tal-klabb Juventin. Fuq l-ispalla hemm l-istrixxi tipiċi tal-flokkijiet tal-Adidas. Dawn l-istrixxi flimkien mal-logos ta’ Juventus u tal-Adidas huma ta’ kulur abjad. L-isponsor Jeep hu bil-kitba blu b’pattern ‘elettriku’ kif diġà rajna fuq l-ewwel żewġ flokkijiet ta’ Juventus għal dis-sena.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (4 ta’ Settembru)

Lura għas-sena 1991. Fl-4 ta’ Settembru Juventus kienu lagħbu kontra Udinese fil-Coppa Italia. Skor tal-partita 3-0 favur it-tim Juventin.

Fl-istess ilma tal-passat

Onestament ma’ nhobbx nikteb l-opinjonijiet tieghi ezatt wara li tintemm partita ghaliex generalment nhobb nerga nara l-loghba u nkun aktar lucidu fil-kitba tieghi. Izda illum tant jien dizappuntat li xtaqt naqsam maghkom il-hsibijiet u nara fil-kummenti taghkom tahsbux bhali jew le.

Jekk hawn xi hadt li xorta kelli fiducja li Allegri setgha jirranga l-affarijiet huwa jien. Kellna mercato pjuttost tajjeb fl-opinjoni tieghi u nehhejna players li biex nghida cara kienu fuq l-istonku u ma’ taw assolutament xejn kemm damu maghna. Izda sfortunatament bdejt nirrealizza jien ukoll illi jekk l-idea tattika baqet li nistennew u nhallu t-tim oppost forsi jghijja fizikament u naqbduh bil-kontrattakk lanqas jekk ngibu lil Messi mhu ha jinbidel xejn. Bdejt nemmen li b’din il-mentalita kull min jigi maghna ser isir player normali u ma’ jaghmel l-ebda differenza.

Nispera li l-loghba ta’ firenze kienet gurnata hazina u daqshekk ghaliex il-faqar tattiku u konfuzjoni li rajt kienet enormi. Bla ideat, fizikament ma’ bdejniex, midfield ma’ rajniex differenza kbira. Irrid nghid ukoll illi ghadna bla Pogba u bla Chiesa li huma zewg players fundamentali f’din l-iskwadra.

Fiorentina kienu ahjar minna minn kull sens tal kelma, fuqna il-hin kollu, fizikament ma’ waqfux, giri u pressing sfrenat. Ahna dejjem l-istess hafna tqassim minn wara, slow immens, ma’ nqassmux 3 passes in fila u konfuzjoni totali u nerga nghid bhas soltu kif niskurjaw kieku nistaw immorru ninhaslu u nitilqu l’hemm.

Nistaqsi lilkom kif tista ma’ tikkritikax lil Allegri illi issa ghandu l-players li ried u ghadu ma’ kienx kapaci jaghti mqar ftit identita ta’ loghba u sistema lil din l-iskwadra. Nghid bil quddiem li din s-sena zgur mhux ha jistahba wara l-iskuzi patetici li jgib. Ikoll rajnieh fl-ahhar minuta jghajjat u jibki lil Perin biex ma’ jghaggilx jaghti l ballun l’fuq ( tal-biki)!

Xtaqt naghlaq billi nghid xi haga fuq Milik ghax haqqu, zewg goals f’zewg loghbiet u ghalaq halq lili l-ewwel wiehed li kont wiehed minn dawk li maqdart l-akkwist tieghu minhabba l-problemi fizici tieghu izda bhala player dejjem skurja ammont ta’ goals kull fejn kien ghalhekk nispera li jibqa sejjer hekk ghaliex ha jkun importanti u jista jkun is-sorpriza ta’ dan l-istagun u ghalhekk il-futbol huwa sabih u mprevedibli!

FORZA JUVE DEJJEM

Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Fiorentina-Juventus

Qatt ma ġrat das-seklu

L-aħħar darba li Juventus għelbu lil Fiorentina f’partita tas-Serie A fl-iStadio Artemio Franchi ta’ Firenze kien fl-1 ta’ Diċembru 1998 (dakinhar Juventus rebħu 3-0). Fl-aħħar erba’ partiti bejn Juventus u Fiorentina f’darhom kellna tliet draws u telfa għall-Bianconeri. L-aħħar darba li ġrat ħaġa bħal din, jiġifieri Fiorentina bla telfa f’erba’ partiti konsekuttivi tas-Serie A f’Firenze, kien bejn l-1996 u l-1999. F’dawk is-snin Fiorentina ghelbu darbtejn lil Juventus u darbtejn oħra ġew draw.

Matthew Scerri

Il-programm tal-logħob tal-5 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 3 ta’ Settembru 2022, 3.00 p.m.
Fiorentina-Juventus: Doveri

Is-Sibt 3 ta’ Settembru 2022, 6.00 p.m.
Milan-Inter: Chiffi

Is-Sibt 3 ta’ Settembru 2022, 8.45 p.m.
Lazio-Napoli: Sozza

Il-Ħadd 4 ta’ Settembru 2022, 12.30 p.m.
Cremonese-Sassuolo: Pairetto

Il-Ħadd 4 ta’ Settembru 2022, 3.00 p.m.
Spezia-Bologna: Giua

Il-Ħadd 4 ta’ Settembru 2022, 6.00 p.m.
Verona-Sampdoria: Valeri

Il-Ħadd 4 ta’ Settembru 2022, 8.45 p.m.
Udinese-Roma: Maresca

It-Tnejn 5 ta’ Settembru 2022, 6.30 p.m.
Monza-Atalanta: Sacchi
Salernitana-Empoli: Abisso

It-Tnejn 5 ta’ Settembru 2022, 8.45 p.m.
Torino-Lecce: Volpi

Matthew Scerri

3 ta’ Settembru 1989 – Data li ma ninsieha qatt!

Ippermettuli niftaħ naqra qalbi magħkom fuq rikordju li ħalla memorji li ma jmutu qatt fil-ħajja tiegħi!

Kelli 13-il sena u apparti li (bla ebda raġuni) kont nħobb il-Juventus, kont insegwi l-futboll Taljan b’kull mezz possibbli. Kien żmien (tmiem snin tmenin) meta l-televiżżjoni ma kelliex l-impatt li għandha llum fuq id-dinja tal-futbol! Partita tas-Serie A kont taraha (u mhux sħiħa) wara li tkun spiċċat fuq xi stazzjon tar-RAI. Kien hawn kilba kbira għal futbol u l-appassjonati qatt ma kienu jitilfu dik l- ‘imbierka’ Domenica Sportiva’ tard il-Ħadd filgħaxja.

Appuntu għadni niftakar il-mibki Sandro Ciotti jwaqqaf s-soltu rassenja ta’gowls ta’dik il-ġurnata u b’din il-vuċi ta’kantant jazz li ma ssibha mkien aktar llum il-ġurnata qal :

“Waslitilna aħbar li l-ex plejer ta’Juventus u tan-nazzjonal Gaetano Scirea tilef ħajtu traġikament f’inċident stradali ġol-Polonja. Dan kien qiegħed hemm biex isegwi t-tim li se jilgħabu kontrih il-maħbubin Juve. Ta’xejn infakkruhom fil-bniedem li apparti kien plejer ta’klassi immensa, kien raġel ta’eżempju għal-kulħadd….”

Dak il-ħin bqajt bla kliem . Kif il- Capitano ? Dak l-‘għaġina’ ta’bniedem ? Tant impressjonanti fil-grawnd kemm ta’ftit kliem u paroli barra ? Imma għaliex HU ?

Illum li ż-żgħożija tiegħi telqet tiġri bħal meta kien jitla’ Scirea lejn il-kaxxa avversarja. Illum li l-istess ħajja daħlitli kemm-il darba sliding tackle bħal ma kien jagħmel hu stess (imma ferm anqas sportivament minnu!) . Dan l-episodju baqa’ ċar f’moħħi u nemmen f’ħafna minn dawk li għandhom l-istess eta’ jew akbar.

Ciao Gaetano , ħallejt din l-art

imma postok ġo qalbna dejjem se jsib post

FINO ALLA FINE

Pierre Bonavia