Bħal-lum fil-passat (12 ta’ Settembru)

Illum qed inwasslulkom partita mit-Tazza Uefa li ntlagħbet bħal-lum fl-1989. L-avversarji kienu Gornik Zabrze, tim Pollakk li ftit tal-jiem qabel Scirea kien mar josserva u jifli mill-qrib biex imbagħad fi triqtu spiċċa tilef ħajtu traġikament f’inċident tat-traffiku. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 0-1 b’Zavarov jagħti rebħa lil Juventus.

Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Salernitana

Bħal-lum fil-passat (11 ta’ Settembru)

Bħal-lum fl-1983 Juventus kisbu rebħa kbira fuq Ascoli fil-kampjonat. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 7-0. Rossi, Penzo u Platini skurjaw doppjetta kull wieħed, filwaqt li l-gowl l-ieħor kellu l-firma ta’ Boniek.

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Salernitana

Il-plejers mgħajta minn Allegri għall-partita tal-lejla kontra Salernitana huma:

Gowlers: Pinsoglio, Perin, Garofani;
Difensuri:De Sciglio, Bremer, Danilo, Alex Sandro, Gatti, Bonucci, Rugani;
Plejers ta’ nofs il-grawnd: McKennie, Cuadrado, Kostic, Miretti, Paredes, Fagioli;
Attakkanti: Vlahovic, Milik, Kean, Soulé, Iling-Junior.

Matthew Scerri

Rabiot jaf jitlef Juventus-Salernitana

Skont Tuttosport, apparti Locatelli anki Rabiot jaf jitlef il-partita tal-lejla kontra Salernitana. Hu fil-fatt għadu jħoss uġigħ fl-għaksa wara d-daqqa li qala’ madwar ġimaghtejn ilu. Probabbli li Allegri ma jirriskjahx il-lejla bit-tama li jilħaq jirkupra għall-partita kontra Benfica ta’ nhar l-Erbgħa. Ilbieraħ Allegri na se ma xejn dwaru u allura għandna nassumu li jekk ma jilgħab hu biss b’mod prekawzjoni. F’dan l-istadju, pero’, tajjeb ngħidu li hemm inċertezza sħiħa dwar kemm verament Locatelli u Rabiot se jkunu laħqu rkupraw sa nhar l-Erbgħa.

Matthew Scerri

Injury għal Locatelli

Manuel Locatelli se jitlef il-partita kontra Salernitana minħabba s-soltu ‘affaticamento muscolare’. Wieħed irid jara issa kemm se jdum biex jirkupra u jekk eventwalment huwiex se jitlef aktar partiti, ibda minn dik ta’ nhar l-Erbgħa kontra Benfica.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (10 ta’ Settembru)

Qabża lura għas-sena 1995 sabiex naraw l-aqwa siltiet tar-rebħa kbira li l-Bianconeri kisbu fuq Piacenza. Skor finali tal-partita 4-0, bil-gowls jaslu mingħand Vialli (2), Torricelli u Ravanelli.