It-terapija iggravat l-injury ta’ Pogba

Tuttosport tkellmu mal-Professur Roberto Rossi li opera lil Pogba jumejn ilu. Hu sostna li t-terapija ma ħadmitx, anzi iggravat l-injury tal-meniscus tant li ma setax jissewwa iktar u kellhom ineħħulu l-parti tal-meniscus li nqasmet. Il-Professur Rossi żvela li Pogba kien diġa’ ingħata parir minn żewġ esperti, wieħed fl-Amerka u l-ieħor fi Franza, biex jopera ruħu. Nafu li hu pero’ ried mod ieħor iżda wara t-terapija, malli reġa’ beda jiġri fil-grawnd l-irkoppa bblukkjatlu għal kollox. Għalhekk saritlu l-operazzjoni b’mod urġenti. Pogba jrid isir jibqa’ wieqaf tmien ġimgħat.

Matthew Scerri

Ara x’qalu Bonucci u Allegri lejlet PSG-Juventus

Pogba se jkun operat!

Paul Pogba llejla se jkun qed jagħmel l-operazzjoni tal-irkoppa li ma riedx jagħmel xahar u nofs ilu. Dalgħodu hu ttrenja għat-tieni darba fuq il-grawnd wara li temm it-terapija. Pogba ma ħassu komdu jiġri u allura ddevieda li jagħmel l-operazzjoni. Hu mistenni jdum barra 45-60 jum.

Matthew Scerri

Il-plejers mgħajta minn Allegri għall-partita kontra PSG

Angel Di Maria se jitlef il-partita kontra l-eks tim tiegħu ta’ PSG. Hu ma rkuprax għal kollox fiżikament u ma ġiex mgħajjat għall-partita t’għada. Anki Szczesny għadu barra, filwaqt li Rabiot irkupra.

Il-plejers mgħajta huma:

Gowlers: Pinsoglio, Perin, Garofani.
Difensuri: De Sciglio, Bremer, Danilo, Alex Sandro, Gatti, Bonucci, Rugani
Plejers ta’ nofs il-grawnd: Locatelli, McKennie, Cuadrado, Kostic, Miretti, Rabiot, Paredes, Fagioli.
Attakkanti: Vlahovic, Milik, Kean, Soulé.

Matthew Scerri

PSG qatt ma għelbu lil Juventus. L-aqwa siltiet tal-konfronti kollha s’issa

Fil-kotba tal-istorja ta’ Juventus insibu s’issa tmien konfronti ma’ PSG, fosthom anki konfront doppju fil-FInali tas-Super Cup tal-Ewropa 1996-1997 li rat lil Juventus jirbħu t-tazza b’aggregate ta’ 9-2. Interessanti li s’issa PSG qatt ma rebħu lil Juventus. Fil-fatt minn tmiem partita, Juventus rebħu sitta u darbtejn oħra t-timijiet ġew draw. Komplessivament Juventus skurjaw 17-il gowl fil-konfronti ma’ PSG u sofrew biss 6 gowls. Ta’ min jgħid li dawn it-tmiem konfronti ntlagħbu kollha qabel is-sidien attwali ħadu f’idejhom it-tmexxija tat-tim Pariġin.

Il-filmati li qed inwasslulkom hawn taħt jiġbru fihom l-aqwa siltiet tat-tmiem konfronti.

Tazza tat-Tazzi 1983-84

Tazza Uefa 1989-90

Tazza Uefa 1992-93

Super Cup tal-Ewropa 1996-97

Żvelat it-tielet flokk ta’ Juventus

Illum ġie żvelat b’mod uffiċjali t-tielet flokk li Juventus se jkunu qed jużaw f’dan l-istaġun. Hu flokk b’disinn modern ħafna u magħmul kollu kemm hu minn materjali riċiklati. Il-kuluri tal-flokk huma l-blu u r-roża, żewġ kuluri assoċjati mal-istorja tal-klabb Juventin. Fuq l-ispalla hemm l-istrixxi tipiċi tal-flokkijiet tal-Adidas. Dawn l-istrixxi flimkien mal-logos ta’ Juventus u tal-Adidas huma ta’ kulur abjad. L-isponsor Jeep hu bil-kitba blu b’pattern ‘elettriku’ kif diġà rajna fuq l-ewwel żewġ flokkijiet ta’ Juventus għal dis-sena.

Matthew Scerri