Uffiċjali: Pjaca misluf lil Empoli
Empoli kisbu uffiċjalment lil Marko Pjaca b’self mingħand Juventus. Ilbieraħ huma għamel it-testijiet mediċi u dalgħodu Empoli rreġistraw il-kuntratt tiegħu fl-uffiċini tal-Lega Calcio.
Matthew Scerri
Empoli kisbu uffiċjalment lil Marko Pjaca b’self mingħand Juventus. Ilbieraħ huma għamel it-testijiet mediċi u dalgħodu Empoli rreġistraw il-kuntratt tiegħu fl-uffiċini tal-Lega Calcio.
Matthew Scerri
Il-lejla fit-8 ta’ filgħaxija jagħlaq is-suq tat-trasferimenti fl-Italja. Juventus mhux mistennija jixtru jew jiksbu aktar plejers. Dal-lejl kien hemm xniegħat li se jiksbu gowler ġdid peress li għall-ewwel kien maħsub li l-injury ta’ Szczesny kien gravi. Jidher imma mill-ewwel testijiet li sarulu, il-gowler Pollakk la sofra ksur u lanqas ma wegga’ l-legamenti. Fi kliem ieħor m’għandux idum barra.
Matthew Scerri
Il-Brażiljan Arthur telaq minn Turin dalgħodu biex imur jagħmel it-testijiet mediċi fl-Ingilterra għal ma’ Liverpool. Hu se jingħaqad magħhom b’self għal sena, b’Liverpool allegatament m’għandhom ebda dritt jew obbligu li jixtruh għal kollox. Sal-bieraħ kien qed jissemma li Arthur kien se jiffirma għal Sporting, biss dal-lejl l-affarijiet inbidlu hekk kif Liverpool għamlu kuntatt mal-aġent tiegħu.
Matthew Scerri
Juventus ħabbru li kisbu b’self b’xejn lil Leandro Paredes mingħand PSG sat-30 ta’ Ġunju 2023. Il-Bianconeri għandhom id-dritt li jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla għal 22.6 miljun Ewro. F’każ li jintlaħqu miri sportivi diġa’ maqbula bejn il-klabbs, id-dritt isir obbligu għal Juventus. Apparti t-22.6 miljun, Juventus iridu jħallsu 2.2 miljun Ewro f’commissions u 3 miljuni oħra f’bonuses. Il-klabbs qablu wkoll li jekk Juventus ma jixtrux lil Paredes għal kollox, imma jkunu ntlaħqu miri sportivi oħra miftehma bejn il-klabbs, il-Bianconeri jkollhom iħallsu 2.5 miljun Ewro lil PSG.
Matthew Scerri
Monza għadhom kif ħabbru li kisbu b’self lil Nicolo’ Rovella mingħand Juventus. Is-self hu għal sena waħda biss.
Matthew Scerri
Qed ikun irrapurtat li llum, l-Erbgħa, Leandro Paredes se jkun qed jagħmel it-testijiet mediċi biex jissieħeb ma’ Juventus. It-testijiet mediċi se jsiru direttament f’Pariġi u mhux f’Turin. Skont Romeo Agresti, Juventus se jiksbu lil Paredes b’self bid-dritt li jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla għal 15—il miljun Ewro flimkien ma’ 5 miljuni oħra f’bonuses. Id-dritt pero’ jsir obbligu jekk Juventus jilħqu ċerta miri sportivi maqbula bejn il-klabbs.
Matthew Scerri