Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Roma

Il-plejers mgħajta minn Allegri għal Juventus-Roma huma:

Gowlers: Szczesny, Perin, Pinsoglio.

Difensuri: De Sciglio, Bremer, Danilo, Alex Sandro, Gatti, Rugani.

Plejers ta’ nofs il-grawnd: Locatelli, McKennie, Cuadrado, Rovella, Kostic, Miretti, Rabiot, Zakaria.

Attakkanti: Vlahovic, Kean, Milik, Soulé.

Matthew Scerri

Il-programm tal-logħob tal-grupp H taċ-Champions League

Dan li ġej hu l-programm tal-logħob ta’ Juventus fi Grupp H tal-edizzjoni 2022/23 tal-Uefa Champions League.

L-1 Ġurnata: PSG-Juventus (6 ta’ Settembru 2022, 9.00 p.m.)
It-2 Ġurnata: Juventus-Benfica (14 ta’ Settembru 2022, 9.00 p.m.)
It-3 Ġurnata: Juventus-Maccabi Haifa (5 ta’ Ottubru 2022, 9.00 p.m.)
Ir-4 Ġurnata: Maccabi Haifa-Juventus (11 ta’ Ottubru 2022, 6.45 p.m.)
Il-5 Ġurnata: Benfica-Juventus (25 ta’ Ottubru 2022, 9.00 p.m.)
Is-6 Ġurnata: Juventus-PSG (2 ta’ Novembru 2022, 9.00 p.m.)

Matthew Scerri

Bonucci u Di Maria se jitilfu Juventus-Roma

Bonucci se jitlef il-partita kontra Roma. Allegri spjega llum li hu ma jinsabx fl-aqwa tiegħu u allura se jitħalla barra mill-partita t’għada sabiex jirkupraw għal kollox. Allegri qal ukoll li Di Maria qed jirkupra tajjeb u ttrenja għal xi ħin mal-bqija tat-tim. Fi kliemu l-indikazzjonijet huma li l-Arġentin se jkun jista’ jilgħab kontra Fiorentina fil-bidu ta’ Settembru.

Matthew Scerri

Juventus-Roma. Ħarsa lejn l-istatistika tal-konfronti tal-passat

Meta nqallbu l-kotba tal-istorja ta’ Juventus insibu li l-Bianconeri lagħbu 197 partita uffiċjali kontra Roma, b’total ta’ 95 rebħa Juventina, 54 draw u 48 rebħa għal Roma. Fis-Serie A l-konfronti diretti jammontaw għal 176. Anki hawn Juventus rebħu 85 partita, filwaqt li 50 partita ntemmet bl-iskor ta’ draw. Ir-rebħa ta’ Roma kontra Juventus fis-Serie A huma 41. Minn dawn 9 biss waslu f’partiti tas-Serie A li nltagħbu f’Turin. B’kollox Juventus laqgħu lil Roma f’darhom 88 darba għall-partiti tas-Serie A u ħarġu rebbieħa 58 darba. Id-draws kienu 21. F’Turin fis-Serie A Juventus skurjaw 168 kontra Roma u sofrew 62 gowl. L-aħħar darba li partita tas-Serie A bejn Juventus u Roma f’Turin intemmet fi draw kien fl-2010. Fl-aħħar tnax-il sena Roma rebħu darba biss (fl-2020) kontra Juventus.

Il-filmati t’hawn taħt ifakkruna kif intemmu l-konfronti bejn Juventus u Roma fl-istaġun li għadda:

Uffiċjali: Milik b’self ma’ Juventus

Juventus ħabbru uffiċjalment id-dettalji tal-ftehim ma’ O. Marseille għat-trasferiment ta’ Milik b’self għal sena. Juventus se jkunu qed iħallsu 800,000 Ewro għas-self, flimkien ma’ 100,000 Ewro oħra f’commissions. Hemm anki bonuses li jammontaw għal 800,000 Ewro oħra. Is-sena d-dieħla Juventus ikollhom id-dritt li jixtruh għal kollox għas-somma ta’ 7 miljuni flimkien ma’ 2 miljuni oħra f’bonuses.

Matthew Scerri

Paredes-Juventus. Trasferiment fil-qrib ħafna

F’dawn is-sigħat Juventus qed jiffinalizzaw il-ftehim ma’ PSG biex jiksbu lil Leandro Paredes b’self għal sena. Il-klabbs allegatament resqin lejn qbil għal self b’ Juventus ikollhom id-dritt li jixtru lil Paredes għal kollox is-sena d-dieħla għal 15-il miljun Ewro. Jidher li l-aħħar dettalji li l-klabbs għad iridu jsibu ftehim dwarhom huma l-kundizzjonijiet li jwasslu biex dan id-dritt isir obbligu min-naħa ta’ Juventus li jixtru lil Paredes għal kollox.

Matthew Scerri