Bidla fil-format tas-Super Cup Taljana tattira investiment qawwi

Qed ikun irrapurtat li l-Lega Calcio se tirċievi offerta fenomenali mill-Arabja Sawdija sabiex jinkiseb id-dritt li jorganizzaw is-Super Cup tal-Italja. Skont MF – Milano Finanza, l-offerta hi ta’ 23 miljun fis-sena għal sitt snin (attwalment min jikseb dad-dritt qed iħallas 8 miljuni). L-offerta hi għolja peress li hemm pjanijiet li s-Super Cup ma tibqax tintlagħab biss fuq partita waħda, imma ssir fil-format ta’ tournament qasir bejn l-ewwel żewġ timijiet fil-klassifika finali tas-Serie A, kif ukoll iż-żewġ finalisti tal-Coppa Italia.

Matthew Scerri

Żewġ plejers ma qagħdux għat-tisfir tas-supporters

Fi tmiem Juventus-Benfica, il-plejers Juventini marru taħt il-Curva bħas-soltu biex isellmu lis-supporters. Huma kienu milqgħuha minn ħafna tisfir. Bonucci stess wara kkummenta li Juventus ħaqqhom dat-tisfir. Tajjeb ngħidu li qatt ma ġrat fl-istorja li Juventus tilfu l-ewwel żewġ partiti tal-grupp taċ-Champions League. Allegri kien qalilna li biex ngħaddu rridu 10 punti. Fadal 12-il punt li nistgħu nieħdu u onestament dat-tim diffiċli li jikseb 10 punti fl-erba’ partiti li fadal!

Filmati li dehru fuq Twitter juru sew li kien hemm żewġ plejers li ma qagħdux għat-tisfir tas-supporters u għażlu li joħorġu mill-grawnd. Il-plejers huma Di Maria u Paredes. Di Maria deher nervuż ferm wara l-partita u hemm filmati tiegħu jitkellem b’mod irrabjat ma’ Milik. Skont l-interpretazzjoni ta’ ħafna, Di Maria kien irrabjat għax Allegri bidel lil Milik ma’ Kean. Ma nafux jekk dan huwiex minnu. Li hu żgur hu li fi tmiem il-partita, hu baqa’ f’nofs il-grawnd u ma marx ma’ sħabu taħt il-Curva. Imbagħad malli sema’ l-ewwel tisfir tas-supporters, Di Maria qabad u mexa lejn id-dressing room. Paredes, mill-banda l-oħra, mexa lejn il-Curva għalkemm baqa’ iktar lura minn sħabu. Malli beda t-tisfir hu dar u telaq ‘il ġewwa.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (15 ta’ Settembru)

Fl-1976, proprju bħal-lum, Juventus kienu impenjati fit-Tazza Uefa kontra Manchester City. L-Ingliżi rebħu 1-0 b’gowl ta’ Kidd.

Ara x’qal Allegri fi tmiem Juventus-Benfica

Il-programm tal-partiti tas-7 Ġurnata tas-Serie A

Il-Ġimgħa 16 ta’ Settembru 2022, 8.45 p.m.
Salernitana-Lecce: Doveri

Is-Sibt 17 ta’ Settembru 2022, 3.00 p.m.
Bologna-Empoli: Volpi

Is-Sibt 17 ta’ Settembru 2022, 6.00 p.m.
Spezia-Sampdoria: Sozza

Is-Sibt 17 ta’ Settembru 2022, 8.45 p.m.
Torino-Sassuolo: Baroni

Il-Ħadd 18 ta’ Settembru 2022, 12.30 p.m.
Udinese-Inter: Valeri

Il-Ħadd 18 ta’ Settembru 2022, 3.00 p.m.
Cremonese-Lazio: Orsato
Fiorentina-Verona: Rapuano
Monza-Juventus: Maresca

Il-Ħadd 18 ta’ Settembru 2022, 6.00 p.m.
Roma-Atalanta: Chiffi

Il-Ħadd 18 ta’ Settembru 2022, 8.45 p.m.
Milan-Napoli: Mariani

Allegri, Cuadrado u Milik sospiżi

It-tmiem konfuż u drammatiku (fuq klix inġust imma) ta’ Juventus-Salernitana, sewa qares lil Juventus. Allegri, Cuadrado u Milik ġew sospiż għal partita waħda wara li tkeċċew b’rabta ma’ dak kollu li nqala’ fl-aħħar minuti tal-partita kontra Salernitana. Allegri se jkollu jħallas ukoll multa ta’ 15-il elf Ewro, filwaqt li Juventus weħlu multa ta’ 5,000 Ewro peress li uffiċċjal tagħha offenda lir-referee fit-tunnel huma u deħlin lejn id-dressing rooms.

Matthew Scerri