Il-gruppi kollha taċ-Champions League

Il-gruppi kollha taċ-Champions League huma:

Grupp A: Ajax, Liverpool, Napoli, Rangers Glasgow.

Grupp B: Porto, Atlético Madrid, Bayer Leverkusen, Brugge.

Grupp C: Bayern Munich, Barcellona, Inter, Viktoria Plzen.

Grupp D: Eintracht Frankfurt, Tottenham, Sporting Lisbon, O.Marseille.

Grupp E: Milan, Chelsea, Red Bull Salsburg, Dynamo Zagreb.

Grupp F: Real Madrid, Red Bull Lipsia, Shakthar, Celtic.

Grupp G: Manchester City, Sevilla, Borussia Dortmund, Copenaghen.

Grupp H: Paris Saint-Germain, Juventus, Benfica, Maccabi Haifa

Il-programm tal-logħob tat-3 Ġurnata tas-Serie A

Il-Ġimgħa 26 ta’ Awwissu 2022, 6.30 p.m.
Monza-Udinese: Di Bello

Il-Ġimgħa 26 ta’ Awwissu 2022, 8.45 p.m.
Lazio-Inter: Fabbri

Is-Sibt 27 ta’ Awwissu 2022, 6.30 p.m.
Cremonese-Torino: Valeri
Juventus-Roma: Irrati

Is-Sibt 27 ta’ Awwissu 2022, 8.45 p.m.
Milan-Bologna: Manganiello
Spezia-Sassuolo: Cosso

Il-Ħadd 28 ta’ Awwissu 2022, 6.30 p.m.
Verona-Atalanta: Prontera
Salernitana –Sampdoria: Massa

Il-Ħadd 28 ta’ Awwissu 2022, 8.45 p.m.
Fiorentina-Napoli: Marinelli
Lecce-Empoli: Santoro

Matthew Scerri

Milik wasal Turin!

Arek Milik wasal Turin b’titjira private direttament minn Franza. Hekk bdiet uffiċjalment l-avventura tiegħu f’Turin ma’ Juventus. Issa jmiss it-testijiet mediċi u wara jkun jista’ jiffirma l-kuntratt li se jorbtu ma’ Juventus. Milik qed jirritorna l-Italja wara li sena u nofs ilu kien ħalla lil Napoli. Anki dak iż-żmien Milik kien qrib li jingħaqad ma’ Juventus. Jidher li Juventus kienu fid-destin tiegħu u issa finalment se jkun qed jilbes il-flokk abjad u iswed tat-tim tal-qalb tagħna.

Matthew Scerri

Milik fi triqtu lejn Turin. Paredes ukoll qrib li jingħaqad ma’ Juventus

Milik se jkun qed jasal Turin aktar tard illum skont rapporti li qed jidhru fil-media Taljana. X’aktarx hu se jkun qed jagħmel it-testijiet mediċi għada. Juventus kisbuh b’self għal sena, liema self se jkun imħallas 1 miljun Ewro flimkien ma’ 1 miljun Ewro ieħor f’bonuses. Is-sena d-dieħla Juventus se jkunu jistgħu jixtruh għal kollox għal 8 miljuni.

Intant f’dawn is-sigħat id-diriġenza Bianconera għaddejja b’kuntatti ma’ PSG bil-għan li bejn illum u għada tiffinalizza t-trasferiment ta’ Paredes, b’self ukoll għal sena.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (25 ta’ Awwissu)

Fl-2002 bħal-lum il-kollezzjoni ta’ tazzi tat-tim Juventin rat iż-żieda tas-Super Cup Taljana li l-Bianconeri rebħu bl-iskor ta’ 2-1 kontra Parma. Dakinhar Camoranesi kien iddebuta għal Juventus.

L-aġent ta’ Milik tkellem ma’ Juventus

L-aġent ta’ Milik kellu laqgħa f’Turin ma’ Juventus u allegatament il-partijiet komplew jiddiskutu d-dettalji tal-kuntratt li se jorbot lill-attakkant Pollakk mal-Bianconeri. F’dan l-istadju jidher li Juventus għandhom ftehim kemm ma’ O.Marseille (self imħallas 2 miljuni B’ Juventus ikunu jistgħu jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla għal 8 miljuni) kif ukoll ma l-plejer innifsu. Probabbli li Juventus se jistennew ġurnata jew tnejn biex jifhmu eżattament x’se jagħmel Depay. Jekk l-Olandiz se jkompli jitlob ħafna (kf inhu probabbli għax issa jriduh anki Manchester United), allura Juventus jiksbu lil Milik.

Matthew Scerri

Roma interessati ferm f’Zakaria

Wara biss sitt xhur Zakaria jista’ jitlaq lil Juventus. Roma jriduh peress li tilfu lil Wijnaldum sal-aħħar tas-sena. Pinto diġa’ għamel kuntatt ma’ Juventus. Roma jriduh b’self filwaqt li Juventus qed jippruvaw ibigħuh għal kollox għal 18-20 miljun. Fi kliem ieħor hemm differenza sostanzjali bejn domanda u offerta. Madankollu Juventus bħalissa jridu bilfors ineħħu midfielder biex ikunu jistgħu jiffirmaw lil Paredes, liema plejer jinsab fil-mira ta’ Roma ukoll. Għaldaqstant hu fl-interess ta’ Juventus li jikkuntentaw lil Roma dwar Zakaria.

Matthew Scerri